Internazzjonali – Page 515 – One News

Kull seba’ sekondi, tifla ta’ inqas minn 15 tkun sfurzata tiżżewweġ

Skont rapport ta’ Save the Children, bniet li għandhom ħmistax –il sena jew inqas, f’ċertu każi għaxar snin, qed ikunu sfurzati jiżżewġu rġiel ferm ikbar minnhom f’pajjiżi bħall-Afganistan, il-Yemen, l-Indja u s-Somalja.

Ir-rapport jissuġġerixxi li fost il-fatturi li jikkawżaw dawn iż-żwiġijiet hemm il-kunflitti, il-faqar u l-kriżi umanitarja.

Żwiġijiet f’età daqstant żgħira li jesponu lil dawn il-bniet għal numru ta’ żvantaġġi, bħaċ-ċaħda mid-drittijiet bażiċi tal-edukazzjoni, żvilupp u l-għixien tat-tfulija.

Aqra aktar

Samsung lis-sidien tal-Galaxy Note 7: “itfuhom!”

Il-kumpanija Samsung ħeġġet lis-sidien tal-Galaxy Note 7 biex jitfu dawn l-ismartphones, sakemm investigaturi jaraw rapporti ġodda ta’ dawn il-mobiles jieħdu n-nar.

Id-ditta mill-Korea ta’ Isfel qalet li se twaqqaf il-bejgħ ta’ dan il-mobile għal kollox. Samsung irċievew aktar minn żewġ miljun telefonata f’Settembru, wara lmenti ta’ batteriji li kienu qiegħdin jisplodu. Aktar tard il-kumpanija żgurat li l-mobiles kollha kienu qiegħdin jinbidlu. Madanakollu issa hemm rapporti li l-mobiles mibudla ukoll qiegħdin jieħdu n-nar.

Gabi: mingħajr irkoppa imma xorta ballerina

Meta Gabi Shull minn Missouri kellha biss disa’ snin, kellha parti minn saqajha amputata minħabba osteosarcoma – tip ta’ kanċer fl-għadam li ħalla effett ħażin ħafna fuq l-irkoppa taċ-ċkejkna.

Dan l-intopp xejn ma żamm lit-tifla milli tiżfen, u llum qiegħda sservi bħala sors ta’ inspirazzjoni lil bosta.

Aqra aktar

Ġenituri investigati wara l-mewt ta’ tifla li għaddiet minn 68 jum ta’ sawm reliġjuż

Il-Pulizija tal-Indja qiegħda tinvestiga l-ġenituri ta’ tifla ta’ 13-il sena li mietet il-ġimgħa li għaddiet, wara li għamlet sawm ta’ 68 jum.  Il-Pulzlija fin-nofsinhar ta’ Hyderabad iridu jkunu jafu jekk Aradhana Samdarija kinitx imġiegħla ssum.

Il-ġenituri tagħha qiegħdin jinsistu li għamlet is-sawm b’mod volontarju skont kif titlob ir-reliġjon tagħhom, Jain Dharma, li huwa wieħed mill-eqdem reliġjonijiet fid-dinja.

Aqra aktar

Karta ġdida fil-futbol

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol intużat il-karta l-ħadra, b’Christian Galano ta’ Vicenza li jilgħabu fis-Serje B tal-Italja jkun l-ewwel plejer rikonoxxut b’din il-karta.
Aqra aktar

Kontroversja dwar il-kompetizzjonijiet tal-klieb

Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f’taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita. The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta’ dak imsejjaħ ‘double handling’ minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb.

Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta’ trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta’ suffara jew ġugarell. B’hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt.

Aqra aktar

Send this to a friend