Internazzjonali – Page 514 – One News

Notifiki

Ir-Russja u l-Istati Uniti jaqblu dwar it-triq ‘l quddiem għall-kriżi Sirjana

Ir-Russja u l-Istati Uniti ħabbru li laħqu ftehim dwar is-Sijra, li għandu jibda billi jiefqu l-offensivi minn inżul ix-xemx ta’ nhar it-Tnejn.

Il-Gvern Sirjan għandu jwaqqaf missjonijiet ta’ ġlied f’zoni speċifiċi li ġew f’idejn l-opposizzjoni. Ir-Russja u l-Istati Uniti se jitsabilixxu ċnetru konġunt biex jissieltu kontra l-Istat Iżlamiku u l-ġellieda al-Nusra. Il-pjan għandu jippermetti l-wasla tal-għajnuna umanitarja.

Din l-aħbar waslet wara taħdidiet bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-ekwivalenti Russu, Sergei Lavrov. F’Ġeneva, fejn saru dawn it-taħdidiet, il-pjan se jkollu bżonn il-koperazzjoni kemm tar-reġim kif  ukoll tal-Opposizzjoni Sirjana, li t-tnej indikaw li lesti jimxu ma’ dan il-ftehim.

Aqra aktar

Barra minn sensihom u binhom fuq wara

Il-Pulizija ta’ Ohio ippublikat ritratti ta’ raġel u mara, ġenituri ta’ tifel ta’ erba’ snin, barra minn sensihom fil-karozza tagħhom. Rhonda Pasek u James Acord allegatament ħadu overdose ta’ eroina waqt li binhom kien fuq wara.

It-tifel ittieħed fil-kustodja tal-awtoritajiet, iżda r-ritratti kexkxu lid-dinja. Il-koppja issa qed taffaċja akkużi kriminali.

Aqra aktar

Il-mudella li xejn ma jwaqqafha

Il-mudella Indjana Reshma, li sfat midruba f’attakk bl-aċtu, sfidat il-perċezzjonijiet relatati mas-sbuħija u mxiet fuq ir-runway waqt in-New York Fashion Week.

B’hekk qajmet kuxjenza dwar il-bejgħ ta’ sustanzi li jintużaw kontra eluf ta’ nisa u tfal kull sena f’inċidenti l-aktar reltati ma’ vjolenza domestika.

Reshma Quereshi, ta’ 19 sena, kienet milqugħa b’applawżi kbar meta fetħet programm ta’ moda b’libsa bajda ta’ disinjatriċi Indjana. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fl-Istati Uniti, dinja ‘l bogħod minn Allahbad fejn tilfet għajn minnhom wara attakk minn dak li kien ħuha tar-rispett u żewġt’irġiel oħra.

Aqra aktar

Il-Eurovision se jsir fi Kyiv

Ftit tal-ħin ilu Kyiv kienet ikkonfermata bħala l-belt minn fejn se ssir il-Eurovision Song Contest fl-2017.

Il-konkors tant segwit se jsir nhar id-9, 11 u 13 ta’ Mejju fl-International Exhibition Centre tal-belt kapitali Ukrena. Dan iċ-ċentru jesa’ 13,000 persuna.

Din id-deċiżjoni saret wara proċess ta’ għażla li kien diskuss ħafna u li tlaqqam ‘Battle of the Cities’. Sitt’ibliet Ukreni iipparteċipaw f’dibattitu u preżentazzjoni live. Dnipro, Kyiv u Odessa baqgħu jikkompetu sal-aħħar biex ikunu huma li jospitaw il-festival tal-kant.

Aqra aktar

Traġedja fi Spanja – ferrovija toħroġ barra mill-binarji

Erba’ persuni tilfu ħajjithom u ħamsin oħra indarbu fi Spanja wara li ferrovija ħarġet  mill-binajra qrib Pontevedra fi Spanja. Madwar sittin passiġġier kien abbord il-ferrovija Portugiża meta seħħ l-inċident.

Parti mill-ferrovija spiċċat ħarġet mill-binarji kompletament, filwaqt li tnejn oħra ħarġu biss parzjalment. Ħaddiema tal-emerġenza jinsabu fuq il-post. Pontevedra jinsab mal-kosta, fin-nofisnhar ta’ Santiago de Compostela u fit-tramuntana tal-Portugal.

Aqra aktar

Send this to a friend