Internazzjonali – Page 513 – One News

Notifiki

Gigi D’Alessio b’dejn ta’ €25 miljun

Mhux kull ma jleqq hu deheb! F’dan il-każ, mhux kull min ikanta sabiħ ikollu kont bankarju sabiħ ma’ leħnu. Screen Shot 2016-09-01 at 16.36.15

Negozji li marru ħażin u nfiq ħażin wassal biex il-kumpaniji tal-kantant Gigi D’Alessio huma esposti għal dejn li jlaħħaq il-€25 mijun. Id-dejn tiegħu swieħ ukoll il-ħbiberija ma’ Valeria Marini, li jafha €200,000.

“Se jkolli nkanta għal ħmistax-il sena li jmiss, biex nibda nfiq mid-dejn”, qal il-kantant Naplitan mal-Corrieri della Sera.

Gigi D’Alessio ġie hawn Malta f’April li għadda, meta kien kanta f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

 

Splużjoni fi Florida theżżeż bini mili ‘l bogħod

Splużjoni seħħet fil-Kennedy Space Center fi Florida, fejn il-kumpanija SpaceX kienet se ttella’ rokit fl-ispazju mingħajr persuni umani abbord.

Mhux magħruf jekk hemmx midruba jew x’ikkaġuna l-isplużjoni. Ir-rokit kellha tieħu satellita fl-ispazju f’dan tmiem-il ġimgħa.

Is-saħħa tal-isplużjoni heżżet bini mili ‘l bogħod.

Joqtol Ministru anzjan għax kien bilqiegħda ħażin

Kim Jong-un qatel lill-Ministru tal-Edukazzjoni għax ma poġġiex bilqiegħda sew waqt laqgħa.

Il-Ministru Kim Yong-Jin, li kellu 63 sena, nqatel minn membri tal-armata li sparaw tiri lejh. Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq iddeċieda li l-Minsitru kien qed jintelaq fuq is-siġġu waqt seduta parlamentari, u wara li nterrogah, dehrlu li kien qed jaħdem qed jaħdem kontrih. Persuna oħra qirb Kim Jong-un ġie ordnat imur jaħdem fl-għelieqi għaliex l-attitudni tiegħu m’għoġbitux.

Jivvotaw biex Rousseff titneħħa

Is-Senat tal-Brażil ivvota biex Dilma Rousseff titneħħa minn President tal-pajjiż, wara li ġiet akkużata li mmanipulat il-baġit; akkużi li hija ċaħdet.

61 senatur ivvutaw favur it-tkeċċija ta’ Rousseff, u 20 ivvutaw kontra. Dan ifisser li nġabru ż-żewġ terzi ta’ voti meħtieġa biex Rousseff titneħħa mill-poter.

Din id-deċiżjoni se ġġib fi tmiemhom 13–il sena tmexxija mill-partit xellugi tal-ħaddiema.

Il-Papa se jmexxi dekasteru dwar l-immigranti  

Il-Papa Franġisku ħabbar dekasteru ġdid fil-Kurja Rumana bl-iskop li jippromwovi l-Integralità tal-Iżvilupp Uman. Il-Papa Franġisku nnomina bħala Prefett tiegħu lill-Kardinal Peter Turkson, Afrikan, li kien il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi.

Aqra aktar

Send this to a friend