Internazzjonali – Page 512 – One News

Notifiki

Seta’ battal il-but qabel!

Is-sid biljunarju ta’ Sports Direct Mike Ashely kellu mument kemxejn tal-mistħija meta kien qed jieħu grupp ta’ ġurnalisti biex jaraw  fabbrika minn fejn jaħdmu impjegati tiegħu.Screen Shot 2016-09-07 at 18.23.31

Ashley, li għandu 51 sena, jinsab f’nofs kontroversja minħabba l-kundizzjonijiet li bihom iħaddem lin-nies. Tant li f’Ġunju li għadda kellu jesprimi apoloġija minħabba li ma kienx iħallashom il-paga minima.

Hu u għaddej mis-‘security check’, issorprenda lil kulħadd meta ħareġ mazz enormi ta’ karti tal-£50. Biex jiċċajta u jtaffi ftit mill-ironija tas-sitwazzjoni, qal b’ton ċajtier li kien għadu kemm mar il-casino.

Il-mazz li tefa fil-kaxxa żgħira tas-security check, f’dik li kellha tkun turija ta’ umiltà qabeż l-£1,000 fil-valur.

Aqra aktar

Jekk twelidt b’ċesarja, ibża’ aktar mill-obeżità

Trabi li twieldu b’ċesarja għandhom probabiltà ogħla li jkunu obeżi aktar tard f’ħajjithom, speċjalment meta mqabbla ma trabi oħra li ma twieldux b’ċesarja.

Permezz ta’ kitba fil-JAMA Pediatrics, publikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Medika Amerikana, riċerkaturi kkonkludew li trabi li jitwieldu b’mod naturali jkunu esposti għal ċertu batterji fl-imsaren, li għandhom rwol importanti fil-mod kif il-ġisem jirregola dak li jiekol.

L-istudju segwa aktar minn 22,000 tarbija hekk kif dawn kibru u saru adulti.

Aqra aktar

Min hu minn Ħong Kong u jitlob l-indipendenza miċ-Ċina, aħjar joqgħod attent

Iċ-Ċina wissiet li kull min qed iħabrek għall-indipendenza ta’ Ħong Kong jistgħu jittieħdu passi kontrih.

Dan il-messaġġ wasal wara li attivisti żgħażagħ favur id-demokrazija rebħu siġġijiet fil-Kunsill leġislattiv ta’ Hong Kong. Iżda l-gvern Ċiniż, b’mod determinat, oppona kull attività indipendenti fil-Kunsill jew barra minnu.

Dan fl-istess waqt li ħafna f’Hong Kong qed jesprimu tħassib dwar l-interventi ta’ Beijing fil-politika tagħhom.

L-elezzjoni tal-Ħadd li għadda kienet l-ewwel waħda fit-territorju mindu saru dimostrazzjonijiet fit-toroq fl-2014. Dakinhar, żoni ċentrali f’Hong Kong kienu pparalizzati għal ġimgħat sħaħ minn ħafna protestanti żgħażagħ li sejħu għal aktar awtonomija fiċ-Ċina.

“IBEN PROSTITUTA”

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte sejjaħ lill-President Amerikan Barack Obama “iben prostituta” u wissieh biex ma jqajjimx kwistjonijiet dwar drittijiet umani miegħu.

Dan qalu meta kien mistoqsi minn ġurnalist dwar kif bi ħsiebu jirripondi, jekk Obama jkellmu dwar il-ġlieda kontra s-suq tad-droga.

Mijiet ta’ persuni tilfu ħajjithom f’operazzjonijiet kontra d-droga minn meta Duterte rebaħ l-elezzjoni, minkejja t-tħassib tad-dinja internazzjonali. Huwa ħalef li jeqred it-teħid ta’ droga illegali fil-Filippini, akkost tal-qtil ta’ min jittraffika d-droga.

Duterte u Obama mistennija jiltaqgħu għada f’Laos, f’dik li ma tantx tidher li se tkun laqgħu bejn il-ħbieb. Duterte iddikjara diġa li mhux bi ħsiebu jieħu ordnijiet mill-Amerka, li tagħha l-Filippini kienu kolonja fil-passat.

Eluf jipprotestaw kontra ‘il-ġungla’ tal-immigranti

Eluf ta’ persuni mistennija jinġabru flimkien fil-belt Franċiża ta’ Calais, u jipprotestaw sabiex jingħalaq il-kamp tal-immigranti li huwa magħruf bħala ‘Il-Ġungla’.

F’dan il-kamp jgħixu mas-sebat elef ruħ, f’kundizzjonijiet meqjusa inumani. Ħafna mill-immigranti li jgħixu f’dan il-kamp huma mil-Lvant Nofsani, l-Afghanistan u l-Afrika. Huma bosta minn dawn l-immigranti li mhux darba jew tnejn pruvaw jaqbżu fuq it-trakkijiet biex forsi jaslu sal-Ingilterra.

Aqra aktar

Send this to a friend