Internazzjonali – Page 511 – One News

Notifiki

Jekk twelidt b’ċesarja, ibża’ aktar mill-obeżità

Trabi li twieldu b’ċesarja għandhom probabiltà ogħla li jkunu obeżi aktar tard f’ħajjithom, speċjalment meta mqabbla ma trabi oħra li ma twieldux b’ċesarja.

Permezz ta’ kitba fil-JAMA Pediatrics, publikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Medika Amerikana, riċerkaturi kkonkludew li trabi li jitwieldu b’mod naturali jkunu esposti għal ċertu batterji fl-imsaren, li għandhom rwol importanti fil-mod kif il-ġisem jirregola dak li jiekol.

L-istudju segwa aktar minn 22,000 tarbija hekk kif dawn kibru u saru adulti.

Aqra aktar

Min hu minn Ħong Kong u jitlob l-indipendenza miċ-Ċina, aħjar joqgħod attent

Iċ-Ċina wissiet li kull min qed iħabrek għall-indipendenza ta’ Ħong Kong jistgħu jittieħdu passi kontrih.

Dan il-messaġġ wasal wara li attivisti żgħażagħ favur id-demokrazija rebħu siġġijiet fil-Kunsill leġislattiv ta’ Hong Kong. Iżda l-gvern Ċiniż, b’mod determinat, oppona kull attività indipendenti fil-Kunsill jew barra minnu.

Dan fl-istess waqt li ħafna f’Hong Kong qed jesprimu tħassib dwar l-interventi ta’ Beijing fil-politika tagħhom.

L-elezzjoni tal-Ħadd li għadda kienet l-ewwel waħda fit-territorju mindu saru dimostrazzjonijiet fit-toroq fl-2014. Dakinhar, żoni ċentrali f’Hong Kong kienu pparalizzati għal ġimgħat sħaħ minn ħafna protestanti żgħażagħ li sejħu għal aktar awtonomija fiċ-Ċina.

“IBEN PROSTITUTA”

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte sejjaħ lill-President Amerikan Barack Obama “iben prostituta” u wissieh biex ma jqajjimx kwistjonijiet dwar drittijiet umani miegħu.

Dan qalu meta kien mistoqsi minn ġurnalist dwar kif bi ħsiebu jirripondi, jekk Obama jkellmu dwar il-ġlieda kontra s-suq tad-droga.

Mijiet ta’ persuni tilfu ħajjithom f’operazzjonijiet kontra d-droga minn meta Duterte rebaħ l-elezzjoni, minkejja t-tħassib tad-dinja internazzjonali. Huwa ħalef li jeqred it-teħid ta’ droga illegali fil-Filippini, akkost tal-qtil ta’ min jittraffika d-droga.

Duterte u Obama mistennija jiltaqgħu għada f’Laos, f’dik li ma tantx tidher li se tkun laqgħu bejn il-ħbieb. Duterte iddikjara diġa li mhux bi ħsiebu jieħu ordnijiet mill-Amerka, li tagħha l-Filippini kienu kolonja fil-passat.

Eluf jipprotestaw kontra ‘il-ġungla’ tal-immigranti

Eluf ta’ persuni mistennija jinġabru flimkien fil-belt Franċiża ta’ Calais, u jipprotestaw sabiex jingħalaq il-kamp tal-immigranti li huwa magħruf bħala ‘Il-Ġungla’.

F’dan il-kamp jgħixu mas-sebat elef ruħ, f’kundizzjonijiet meqjusa inumani. Ħafna mill-immigranti li jgħixu f’dan il-kamp huma mil-Lvant Nofsani, l-Afghanistan u l-Afrika. Huma bosta minn dawn l-immigranti li mhux darba jew tnejn pruvaw jaqbżu fuq it-trakkijiet biex forsi jaslu sal-Ingilterra.

Aqra aktar

MP Ingliż iħallas żewġ eskorti rġiel

Il-Membru Parlamentari Ingliż Keith Vaz sab ruħu f’ċentru ta’ kontroversja wara li t-tabloid Sunday Mirror żvelat konversazzjoni tiegħu ma’ eskorta. Konversazzjoni li zvelat kif Vaż li huwa raġel tal-familja, miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal kien juża s-servizzi ta’ żewġ eskorti rġiel.
Aqra aktar

Romeo: il-kelb fortunat f’nofs it-tifrik

Romeo: il-kelb ta’ lewn id-deheb li seraq bosta qlub, għaliex għaxart’ijiem wara t-terremot li heżżeż l-Italja, inħareġ ħaj mit-tifrik qawwi u sħiħ.

Filmat maħruġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan juri numru ta’ pumpiera joħorġu l-golden retreiver minn qalb binja mfarrka f’Amatrice.

Ħiereġ mit-tifrik iferfer denbu, Romeo xorob l-ilma għall-ewwel darba f’madwar mitejn u tletin siegħa, u ġie kkonfermat li jinsab f’qagħda tajba u f’saħħtu.

Aqra aktar

Send this to a friend