Internazzjonali – Page 510 – One News

Notifiki

Il-Eurovision se jsir fi Kyiv

Ftit tal-ħin ilu Kyiv kienet ikkonfermata bħala l-belt minn fejn se ssir il-Eurovision Song Contest fl-2017.

Il-konkors tant segwit se jsir nhar id-9, 11 u 13 ta’ Mejju fl-International Exhibition Centre tal-belt kapitali Ukrena. Dan iċ-ċentru jesa’ 13,000 persuna.

Din id-deċiżjoni saret wara proċess ta’ għażla li kien diskuss ħafna u li tlaqqam ‘Battle of the Cities’. Sitt’ibliet Ukreni iipparteċipaw f’dibattitu u preżentazzjoni live. Dnipro, Kyiv u Odessa baqgħu jikkompetu sal-aħħar biex ikunu huma li jospitaw il-festival tal-kant.

Aqra aktar

Traġedja fi Spanja – ferrovija toħroġ barra mill-binarji

Erba’ persuni tilfu ħajjithom u ħamsin oħra indarbu fi Spanja wara li ferrovija ħarġet  mill-binajra qrib Pontevedra fi Spanja. Madwar sittin passiġġier kien abbord il-ferrovija Portugiża meta seħħ l-inċident.

Parti mill-ferrovija spiċċat ħarġet mill-binarji kompletament, filwaqt li tnejn oħra ħarġu biss parzjalment. Ħaddiema tal-emerġenza jinsabu fuq il-post. Pontevedra jinsab mal-kosta, fin-nofisnhar ta’ Santiago de Compostela u fit-tramuntana tal-Portugal.

Aqra aktar

Karozzi bomba fi Tripli

Karozzi bomba splodew qrib il-Ministeru tal-Affarijiet barranin fiċ-ċentru ta’ Tripli. Fil-viċin hemm ukoll il-bażi navali. Sa issa mhu qed jirriżulta li weġġa’ ħadd u l-każ seħħ fl-aħħar minuti.
Aqra aktar

Seta’ battal il-but qabel!

Is-sid biljunarju ta’ Sports Direct Mike Ashely kellu mument kemxejn tal-mistħija meta kien qed jieħu grupp ta’ ġurnalisti biex jaraw  fabbrika minn fejn jaħdmu impjegati tiegħu.Screen Shot 2016-09-07 at 18.23.31

Ashley, li għandu 51 sena, jinsab f’nofs kontroversja minħabba l-kundizzjonijiet li bihom iħaddem lin-nies. Tant li f’Ġunju li għadda kellu jesprimi apoloġija minħabba li ma kienx iħallashom il-paga minima.

Hu u għaddej mis-‘security check’, issorprenda lil kulħadd meta ħareġ mazz enormi ta’ karti tal-£50. Biex jiċċajta u jtaffi ftit mill-ironija tas-sitwazzjoni, qal b’ton ċajtier li kien għadu kemm mar il-casino.

Il-mazz li tefa fil-kaxxa żgħira tas-security check, f’dik li kellha tkun turija ta’ umiltà qabeż l-£1,000 fil-valur.

Aqra aktar

Send this to a friend