Internazzjonali | One News - Part 509

Notifiki

Ritratt ta’ hostess tal-Egypt Air – kumbinazzjoni jew le?

Kumbinazzjoni jew le, il-gazzetta Eġizzjana Al Watan tirraporta li waħda mill-hostesses tal-ajruplan li ġġarraf, Samar Ezz Eldin, ftit ilu poġġiet fuq Facebook ritratt ta’ hostess liebsa l-uniformi u fl-isfond jidher denb ta’ ajruplan qed jiġġarraf fil-baħar.

Qariba tagħha qalet lill-gazzetta li Samar, li kellha 26 sena u li kienet ilha air hostess sentejn, iżżewġet biss sitt xhur ilu.

Screen Shot 2016-05-20 at 07.37.19

Intsabu fdalijiet mit-titjijra tal-EgyptAir…jew le?

Fdalijiet  mit-titjijra tal-EgyptAir MS804 instabu fin-nofsinhar tal-gżira Griega Karpathos – dan ikkonfermawh uffiċjali Eġizzjani. L-Airbus A320 kien fi triqtu minn Pariġ għall-Kajr b’66 persuna abbord, meta ġġarraf magħtul il-lejl.

Iżda ftit aktar tard, uffiċjali Griegi qalu li l-fdalijiet mhumiex tal-ajruplan imsemmi.

It-tnejn jaqblu li l-arjuplan aktarx niżel minħabba att terroristiku u mhux minħabba problema teknika.

Aqra aktar

$50.6 Miljun għal djamant

Djamant kbir magħruf bħala Oppenheimer Blue laħaq rekord ġdid fl-irkant. Dan wara li nbiegħ għal $50.6  miljun dollaru Amerikan.

Il-djamant ta’ 14.62 karat inbiegħet wara 20 minuta ta’ rkant bit-telefown fil-Christie’s Auction House f’Ġinevra, l-Isvizzera.

Filwaqt li l-identità tal-bejjiegħ għadha mhix magħrufa, il-ħaġra prezzjuża kienet mistennija li titla’ għal $46 miljun Amerikan.
Aqra aktar

Ħarġu qawwijin u sħaħ

Ajruplan B-52 bomber iġġarraf ftit tal-ħin wara li tar minn bażi Amerikana fi Guam.

Il-forza tal-ajru Amerikana qalet li s-seba’ membri tal-ekwipaġġ ħarġu qawwijin u sħaħ mill-ajruplan wara l-inċident li seħħ fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu ħin lokali f’Andersen Air Force Base.

Il-każ qed ikun trattat bħala inċident, filwaqt li l-membri tal-ekwipaġġ kienu fuq rutina ta’ taħriġ.

Is-sit tal-aħbarijiet lokali Kuam kwota lill-uffiċju tal-gvernatur tal-Guam, li assigura lill-pubbliku li dan ma jidhirx li kien attakk.

Prim Ministru ġdid għat-Turkija

Il-partit AK li jinsab fit-tmexxija tat-Turkija għażel lil Binali Yildrim bħala l-kandidat għal mexxej, ġimagħtejn wara li diżgwid mal-President wassal biex irriżenja l-Prim Ministru.

Yidlrim, li bħalissa huwa l-Ministru għat-Trasport, huwa meqjus bħala l-id il-leminija tal-President Recep Tayyip Erdogan.

L-eksPrim Ministru Ahmet Davutoglu kien oġġezjona l-pjan ta’ Erdogan li jkabbar il-poter tiegħu. Għaldaqstant, il-President Tork kien qed ifittex lil xi ħadd li huwa iktar viċin il-viżjoni tiegħu.
Aqra aktar

“e-skin” – rivoluzzjoni fil-qasam tas-saħħa?

Il- ġilda hija wieħed mill-aktar organi importanti tal-ġisem. Fl-Università ta’ Tokyo inħolqot ingwanta teknoloġika li kapaċi tibdel totalment il-qasam tas-saħħa.

Immaġina xena fejn permezz ta’ teknoloġija speċjali l-ġilda tagħna tkun tista’ tikkomunika dak li jkun għaddej ġewwa l-ġisem tal-bniedem. Din l-invenzjoni tista’ tassisti kirurgi permezz ta’ twissijiet meta persuna tkun ser tinħakem minn xi marda, invenzjoni li tista’ wkoll tesponi mard li jkunu preżenti f’persuni oħra, sempliċiment billi tħoss il-ġilda ta’ persuna oħra.

Takao Someya, xjentist minn Tokyo rnexxielu jbiddel din ix-xena f’realta’.

Aqra aktar

Ma obdewx u għarrquhom

F’dan il-filmat tidher dgħajsa tas-sajd Ċiniża tiġi mgħarrqa minn awtoritajiet Arġentinjani, wara li njorat diversi twissjiet u daħlet f’zona ristretta. Abbord kien hemm membri tal-ekwipaġġ li kellhom jevakwaw id-dgħajsa meta din ġew sparati tiri lejha.

Aqra aktar

NIKKONFERMAW: se jinvestigaw d-diska Ukrena

Allegatament il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena kisret ir-regolamenti tal-festival. Filmat li beda jiċirkola fuq Youtube u li jtella’ f’Mejju 2015 juri lil Jamala tkanta d-diska ‘1944’.

Dan imur kontra r-regoli tal-Eurovision għaliex kanzunetta li tipparteċipa fl-edizzjoni li ssir f’Mejju ma tistax toħroġ fil-pubbliku qabel Settembru ta’ qabel. Dan ifisser li l-kanzunetta tal-kantata Ukrena ma setgħetx toħroġ qabel l-1 ta’ Settembru tal-2015 biex tkun eliġġibli li tikkompeti fil-Eurovision li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend