Internazzjonali | One News - Part 508

Notifiki

Kieku int tmur ‘relax’ mal-ISIS?

Isimhom biss inissel biża’ u terrur imma qatt ħlomt li tmur tgawdi ġurnata fi spa ġewwa post li jismu ISIS? Riċerka ħafifa li għamilna turina kif madwar id-dinja hemm numru ta’ postijiet li fihom iġagħluk tħossok bħal re jew reġina u li lkoll jġorru l-istess isem bħal dak tal-Istat Iżlamiku.

Aqra aktar

Tal-United jgħidu BARRA lil Van Gaal

Jumejn wara li kien qed jiċċelebra r-rebħ tal-FA Cup id-diriġenti ta’ Manchester United qalu BARRA lill-Olandiż, Louis Van Gaal. Il-kitba kienet fuq il-ħajt, bħal ma donnu hi fuq il-ħajt il-kitba li Jose Mourinho se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim. Peró sakemm l-aħbar tkun uffiċjali qatt ħadd ma jeskludi xejn.

Aqra aktar

Telgħu l-Everest u ma niżlux

Żewġ xabbaturi li telgħu fuq il-muntanja Everest jinsabu mitlufa. Dan wara li tnejn oħra mietu. Skont organizzatur ta’ dawn it-tip ta’ espedizzjonijiet, ix-xabbaturi li għandhom ma nstabux huma Indjani u l-aħbar ħarġet l-għada li tnejn oħra mietu.

Aqra aktar

Teknoloġija kontra d-drones

Bħalissa fir-Renju Unit għaddejin bosta diskussjonijiet fuq livell għoli bejn il-pulizija Ingliża u NATO dwar teknoloġija kontra d-drones.

Huma bosta li qed jiddeskrivu din it-teknoloġija bħala għodda li tiġġieled ukoll t-terroriżmu.

Fl-Stati Uniti huma diġa tliet l-kumpaniji li ffirmaw diversi dikjarazzjonijiet mal-awtorita tal-avjazzjoni sabiex ikun hemm ittestjar ta’ din it-tip ta’ teknoloġiji. Mark Radford, Kap Eżekuttiv ta’ Blighter Surveillance, waħda mill-kumpaniji li qed taħdem fuq din t-teknoloġija stqarr li d-drones qed iservu ta’ theddida f’ diversi sitwazzjonijiet fl-Istati Unit kemm f’ajruporti kif ukoll f’bażijiet militari u stabbilimenti tal-Gvern.

Aqra aktar

Konferma li ntbagħtu twissijiet mit-titjira tal-Egyptair

Wara li lbieraħ ġie kkonfermat li kien hemm duħħan f’diversi żoni tal-ajruplan tal-Egyptair qabel ma ġġarraf, l-investigaturi Franċiżi kkonfermaw li kien hemm twissijiet ta’ dan qabel mal-ajruplan niżel fil-baħar Mediterran.

It-twissijiet saru l-Ħamis stess qabel mal-kontrallaturi tat-traffiku tal-ajru tilfu l-kuntatt mal-ajruplan. Konsulent għal Flight Global qal li l-informazzjoni miksuba tippreżenta l-bidu ta’ sekwenza ta’ avvenimenti li jistgħu jkunu ta’ tweġiba għal dak li seħħ.

Aqra aktar

Lejn era Mourinho f’Old Trafford

Manchester United jinsabu viċin li jaħtru lil Jose Mourinho bħala maniġer ġdid. Qiegħed jiġi rrappurtat li l-ftehim mal-kowċ Portugiż ta’ 53 sena sar qabel ir-rebħa tal-FA Cup. L-aħħar tim li mexxa Mourinho kien dak ta’ Chelsea. Huwa tkeċċa minn Stamford Bridge f’Diċembru li għadda.

Il-klabb ta’ Manchester United mistenni jħabbar il-ħatra ta’ Jose fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla, b’Van Gaal ikollu jwarrab wara staġun fqir. Ir-Red Devils spiċċaw fil-ħames post tal-Premier League, għaldaqstant ma kwalifikawx għall-kompetizzjoni taċ-Champions League tal-istaġun li ġej.

Żewġ persuni mejta wara sparatura fl-Awstrija

Żewġ persuni nqatlu u ħdax oħra ndarbu wara li raġel armat spara tiri lejn folla żgħira ta’ nies li attendew għal kunċert fi provinċja fil-Punent tal-Awstrija.

Il-Pulizija Awstrijaka qalet li wara li għamel dan, ir-raġel spara u qatel lilu nnifsu.

L-isparatura li seħħet mal-lejl seħħet wara li r-raġel ta’ 27 sena kien irrapurtat li aktar kmieni kien involut f’argument ma’ mara f’parkeġġ.

Aqra aktar

Send this to a friend