Internazzjonali – Page 507 – One News

Notifiki

Iħanxarlu rasu u jbiċċirlu l-mara għal pakkett gallettini li jiswa 20 ċenteżmu

Raġel mill-komunità Dalit fl-Indja tħanxritlu rasu, filwaqt li martu tbiċċret tant li tilfet ħajjitha. Dan kollu wara ġlieda fuq 15 rupees – ċioe 20 ċenteżmu tal-ewro.

Il-Pulizija kkonfermat li l-koppja nqatlu minn sid ta’ grocer li huwa ta’ klassi soċjali aktar superjuri, wara li r-raġel qallu li għandu bżonn aktar żmien biex iħallas ta’ pakkett gallettini li xtara minn hemm, għat-tlett itfal tiegħu. Id-delitt seħħ kmieni fid-distrettt ta’ Mainpuri, meta l-koppja kienu sejrin lejn ix-xogħol. Kien hawn li s-sid, li jismu Ashok Mishra,  beda jitlob il-flus akkost ta’ kollox. Kien għalxejn li l-koppja spjegawlu li kienu se jitħallsu aktar tard il-Ħamis stess, u b’hekk setgħu iħallsu lil tal-ħanut.

Aqra aktar

Jindirizza eluf ta’ żgħażagħ fil-Polonja

Il-Papa Franġisku indirizza aktar minn sitt mitt elf żagħżugħ u żagħżugħa li nġabru fi Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Huwa ħeġġiġhom biex juru kompassjoni mal-immigranti u jilqgħuhom f’pajjiżhom. Minkejja li l-Polonja – il-post fejn tkellem il-Papa – għandha għeruq kbar Kristjani, il-Gvern ma jaqbilx mal-kwota mandatorja tal-Unjoni Ewropea ta’ kemm għandu jaċċetta immigranti.Aqra aktar

L-ewwel mara li aċċettat in-nomina tad-Demokratiċi

Il-kandidata għall-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti Hillary Clinton qalet lill-votanti li dan huwa mument li wieħed jippremja jew jikkundanna azzjonijiet passati. Dan qalitu f’Philadephia, fejn saret l-ewwel mara fl-istorja li aċċettat nomina minn partit ewlieni, dak Demokratiku.

Forzi b’saħħithom qed jipprovaw jifirduna, qalet Clinton, filwaqt li kkundannat lill-kandidat f’isem ir-Repubblikani Donald Trump, għax temmen li qed jiżra l-firda.

Aqra aktar

Waqa’ l-Papa!

Nistgħu insejħulha ‘waqa’ Papali’ dik li ġrat lill-Papa Franġisku waqt ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Polonja.

Qed jiżdied it-tħassib, peress li l-Papa ħadha għall-wiċċu kemm-il dabra f’dawn l-aħħar sentejn.

Iddentifikat it-tieni qattiel

Prosekuturi Franċiżi identifikaw it-tieni raġel li qatel qassis fi knisja fi Franza nhar it-Tlieta li għadda bħala Abdel Malik Petitjean, li kellu dsatax-il sena.

Huwa mifhum li dan ilu mfittex mill-ġimgħa l-oħra wara li rċivew informazzjoni li kien qed jippjana attakk.

Aqra aktar

“Allahu akbar” f’pixxina mimlija għarwenin

Grupp ta’ rġiel Musulmani daħlu f’pixxina fl-apert fil-Ġermanja jgħajtu ‘Allahu akbar’ u jaħilfu li se jeqirdu nisa ‘qħab’. Din il-pixxina tippermetti l-għawm bla ħwejjeġ. L-irġiel insultaw lin-nisa talli kienu qed joffenduhom b’ġisimhom għarwiena.

Nies li kienu hemm fil-ħin tal-inċident qalu li kien hemm sitt irġiel bid-daqna twila, li beżqu fuq in-nies u għajruhom sakemm kienu ordnati jitilqu. Kollha kellhom bejn l-20 u l-25 sena, xagħarhom iswed u tkellmu tajjeb ħafna bil-Ġermaniż. Il-Pulizija qed tinvestiga l-filmati CCTV. 
Aqra aktar

Wettqu ritwal mal-artal u ġibdu filmat meta ħanxrulu għonqu

Wieħed miż-żewġt’irġiel suspettati li lbieraħ daħlu fi Knisja f’Rouen fi Franza u ħanxru għonq qassis, kien osservat mill-Pulizija tant li kien liebes tag ta’ sorveljanza. Adel Kermiche ta’ 19-il sena kien arrestat darbtejn u prova jmur is-Sirja.

Dettalji dwar l-attakk qed joħorġi ftit ftit, fosthom li qabel qatluh, iż-żewġt’irġiel ġibdu filmat tagħhom infushom, għamlu dak li qed ikun deskritt bħala ritwal madwar l-artal huma u jgħidu “Allahu akbar”. Dan skont soru li kellha x-xorti ħażina tara x-xena makabra. Jirriżulta wkoll li l-ostaġġi li nżammu fil-Knsija ntużaw biex blokkaw l-entratura tal-binja, biex il-Pulizija ma setgħux jidħlu.

X’inhu magħruf dwar Adel Kermiche?

Aqra aktar

Il-Knisja fi Franza kienet ilha fil-mira

Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qed jgħidu li l-Knisja li sfat maħkuma minn terroristi tal-ISIS fi Franza llum kienet parti minn lista ta’ postijiet fil-mira mill-istess grupp terroristiku.

Din il-Knisja kienet f’lista misjuba waqt tfittxija fil-moħba ta’ suspettat ieħor is-sena li għaddiet, l-estremist Sid Ahmed Ghlam. Dan tal-aħħar prova jwettaq attakk terroristiku iżda fallielu, aktarx taħt it-tmexxija ta’ Abdelhamid Abaaoud, li hu mifhum li huwa l-moħħ wara attakki f’Pariġi f’Novembru li għadda li ħallew 130 persuna mejta. Abaauod kien inqatel mill-pulizija waqt operazzjoni ta’ tfittxija.

Aqra aktar

Send this to a friend