Internazzjonali – Page 506 – One News

Notifiki

It-tifel imwerwer f’parkeġġ, sakemm ommu ħarġet mal-ħbieb

Dan ir-ritratt ta’ qsim il-qalb sar famuż, pero kien ikun aħjar kieku ma sarx. Juri tifel ta’ ftit snin jibki kemm jiflaħ f’karozza wara li tħalla waħdu mentri ommu ħarġet ma’ kollegi tax-xogħol.

L-inċident seħħ f’Schaffhausen, l-Iżvizzera. Meta dawk li nġabru madwar il-karozza raw l-istat imwerwer li kien jinsab fih it-tifel, qamet kommossjoni kbira.

Il-Pulizija kellha tintervjeni u ssejjaħ persuni tekniċi biex joħorġu lit-tifel li kien imsakkar f’parkeġġ. Iżda qabel laħqet waslet din l-għajnuna, irritornat l-omm ta’ 25 sena. Kien hemm xeni ta’ rabja kbira, fejn raġel saħansitra għamlilha ħsara fil-karozza, sforz kemm kien irrabjat.

Il-mara qed taffaċja akkużi relatati ma’ traskuraġni ta’ binha, filwaqt li hi rrapportat lir-raġel li għamlilha ħsara lill-karozza.

Aqra aktar

It-tifel ta’ Donald Trump iqabbel lir-refuġjati Sirjani ma’ ponn ‘skittles’

It-tifel ta’ Donald Trump qajjem kontroversja sħiħa wara li qabbel ir-refuġjati Sirjani ma’ ‘Skittles’ velenużi. Huwa poġġa tweet fuq twitter bir-ritratt ta’ dan il-ħelu u kiteb : ” Kieku kellhi borża skittles, u ngħidlek li tlieta minnhom se joqtluk, Kieku tieħu ponn minnhom? Din hija l-problema li għandna aħna bir-refuġjati Sirjani.”

tweet

Huwa ried ifisser li dawk it-tlieta jdakkru l-kumplament, iżda wieħed m’għandux jirriskja li jdaħħal numru kbir ta’ Sirjani li fosthom jista’ jkun hemm numru li jkunu skont Trump ‘velenużi.

 

Ma jistgħux jużaw aktar tazzi u platti tal-plastik

Franza huwa l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-użu ta’ tazzi u platti tal-plastik. Il-liġi Franċiża tgħid li dawn it-tip ta’ platti u tazzi li jintremew wara li tużahom, tista’ tużahom biss jekk 50% tal-materjal ikun bijoloġiku, jiġifieri li jista’ jiġi dekompost sa Jannar 2020.
Aqra aktar

Passi kontra Jim Carrey: jingħad li kiseb ħafna pilloli li qatlu lill-eks għarusa tiegħu

Ittieħdu passi legali fil-konfront tal-attur Jim Carrey, akkużat li kiseb drogi taħt l-isem falz għall-eks għarusa tiegħu, Cathriona White. Din tal-aħħar mietet b’overdose is-sena li għaddiet, wara li belgħat ammont kbir ta’ pilloli. Hija kellha tletin sena, kienet mill-Irlanda.

Mark Burton, l-eks raġel ta’ Cathriona, qed jinsisti li l-attur uża l-ġid kbir tiegħu biex jottjeni mediċina b’mod illegali, liema mediċina ssoltu ġġibha biss b’kitba tat-tabib.

Jim Carrey huwa akkużat li prova jaħbi l-involviment tiegħu fil-mewt ta’ Cathriona. L-attur għadu ma kkummentax.

Aqra aktar

ĦARXA: Theresa May fuq il-kontroll tal-fruntieri Ingliżi

Ir-Renju Unit għandu dritt tikkontrolla l-fruntieri tiegħu. Din hija stqarrija li mistennija tagħmel Theresa May quddiem mexxejja minn madwar id-dinja, hi u twissai li mijiet u eluf ta’ immigranti ekonomiċi qed jagħmlu tabirruħhom li huma refuġjati.

Il-Prim Ministru Ingliż mistennija tagħmel dan id-diskors waqt assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fin il-ġimgħa. Mistennija tkun ħarxa fuq il-mod li biħ id-dinja globali qed tirreaġixxi għall-migrazzjoni. Temmen li pajjiżi tal-punent qiegħdin biss jitrattaw is-sintomi tal-kriżi u mhux il-kriżi infisha.

Aqra aktar

Send this to a friend