Internazzjonali – Page 505 – One News

Notifiki

Qaddisa tiftaħ għajnejha – min jemmen u min le

Filmat partikolari qed jarawh l-eluf madwar id-dinja. Fih jidher il-ġisem bla ħajja ta’ ċertu Santa Inocencia, li mietet b’daqqiet ta’ sikkina minn missierha 300 sena ilu. Ġisimha jinsab konservat fil-Katidral ta’ Guadalajara fil-Messiku.

Meta turist kien qed jiġbed dan il-filmat, jidhru jinfetħu għajnejn il-qaddisa.

Hemm min jemmen li dan kien avveniment paranormali, u hemm min le. Int x’taħseb?

Aqra aktar

‘Le’ għal high-five ma’ Justin Trudeau!

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge jinsabu l-Kanada flimkien ma’ wliedhom, ħames snin wara li żaru dan il-pajjiż bħala miżżewġin friski.

Il-koppja, flimkien mal-Prinċep George ta’ tliet snin u l-Prinċipessa Charlotte t’ 16-il xahar, kienu milqugħa mill-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau u martu Sophie Gregoire, meta niżlu fil-belt Victoria.

Id-duka William qal li b’din iż-żjara, wliedu bdew ħbiberja mal-Kanada li se ddum ħajjithom kollha. Din hija l-ewwel żjara uffiċjali tal-Prinċipessa Charlotte. Prince George ma kienx daqhsekk konvint, għaliex meta Trudeau mar jagħmel ‘high five’ miegħu, ma riedx jikollabora. Kif, wara kollox, huwa normali il jagħmlu t-tfal meta jiltaqgħu ma’ xi ħadd ġdid.

Aqra aktar

Jġiegħel tifel ta’ tlett snin ipejjep l-marijuana

Meta nisimgħu dwar pressjoni biex persuna tibda tpejjep sigaretti, normalment jiġu f’moħħna dak iż-żgħażugħ jew żgħażugħa li jiġu nfluwenzati mill-ħbieb biex jibdew jagħmlu dan. Iżda mid-dehra din il-pressjoni qed isir ukoll fuq vittmi inoċċenti li joqgħodu fuq dak li jgħidulhom l-adulti u jkunu għadhom ma jafux jagħmlu distinzjoni bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin.

Aqra aktar

Għandek Yahoo account? Biddel il-password illum qabel għada!

Mhux aħna biss kellna problemi tekniċi wara cyber attack.

Fuq livell ferm u ferm ikbar, Yahoo ħabbru li fl-2014 sofrew attakk li wassal biex hackers serqu informazzjoni dwar 500 miljun persuna. Huwa mifhum li dan kien l-ikbar cyber attack li nafu bih fl-istorja tal-internet.

Insterqet ħafna informazzjoni personali, inkluż ismijiet, indirizzi tal-emails, u tweġibiet għad-domandi li jkunu mistoqsija biex tal-Yahoo ikunu ċerti li l-user huwa tajjeb. L-attakk ma inkludiex informazzjoni minn credit cards. Yahoo jemmnu li s-serq ta’ informazzjoni kien appoġjat mill-istat. Dawn it-tip ta’ attakki jkunu għal skopijiet politiċi, u skont Yahoo qed isiru aktar ta’ spiss.

Aqra aktar

Pitt akkużat li abbuża mit-tfal

Skont rapport tal-Mail Online, Brad Pitt qed ikun investigat mill-Pulizija, affaċjat b’akkużi li abbuża fiżikament minn uliedu meta kien fis-sakra fuq ajruplan privat.

Qed ikun allegat li Pitt beda jwerżaq mat-tfal, minkejja li sors qrib ta’ Pitt stqarr mal-Mail Online li qatt m’abbuża minnhom.

Jingħad li l-familja kienet fuq titjijra u l-ġlieda kompliet fuq l-art. Dan seħħ nhar l-Erbgħa, u kienet qalila tant li l-għada Jolie mexxiet bit-talba għal divorzju. 

Aqra aktar

Send this to a friend