Internazzjonali – Page 504 – One News

Notifiki

Il-Prim Minsitru Ingliż se tagħmel telefonata determinata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May illum mistennija tgħid lill-president tal-Kummissjoni Ewropea li l-pjan Brexit mhux se jkun imfixkel. Dan wara li lbieraħ tliet imħallfin qalu li May ma tistax twettaq Artiklu 50 mingħajr l-appoġġ tal-Parlament.

Il-korrispondent politiku tal-BBC, Iaian Watson, qed jirrapporta li permezz ta’ telefonat May se tgħid lil Jean-Claude Juncker li għandha l-intenzjoni tibda’ l-proċess ta’ divorzju minn mal-UE sa Marzu li ġej.

Il-Qorti Suprema mistennija tisma’ l-appelll tal-Gvern Ingliż ix-xahar id-dieħel.

BREXIT se jikkomplika ruħu

L-ogħla Qorti f’Londra ddeċidiet li l-Prim Ministru Theresa May għandha titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.
Aqra aktar

Ċans ta’ kastig għax jilbsu l-poppy!

L-assoċjazzjonijiet tal-football ta’ l-Ingilterra u l-Iskozja huma determinati li jisfidaw lill-FIFA li ma tridx li l-players jinżlu jilgħabu b’faxxa li fuqha jkun hemm stampata l-‘poppy’ meta ż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-11 ta’ Novembru għal-logħba tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li fih hemm ukoll Malta.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ir-reazzjoni ta’ tarbija li tisma’ leħen ommha għall-ewwel darba

It-teknoloġija avvanzata tal-illum, tat opportunita’ mill-isbaħ lill-ġenituri u lil din iċ-ċkejkna li minkejja li twieldet bi problemi fis-smigħ, għall-ewwel darba qed tisma’ leħen ommha.

Kien mument emozzjonali għall-ġenituri meta raw il-ħarsa tat-tarbija, li bħal donnha ma setgħetx temmen dak li qed tisma’. Dan il-filmat inissel sens ta’ kuraġġ, għal dik l-omm jew missier li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.
Aqra aktar

Isalvaw il-Madonna

L-art jaf tiċċaqlaq, iżda l-fidi donnha baqgħat sħiħa.

Fl-Italja tkompli l-ħidma ta’ salvataġġ wara t-terremoti li donnhom ma jridux jaraw waqfien fiz-zoni ċentrali tal-pajjiż. Ma kienux biss bnedmin u annimali li kellhom jingħataw l-għajnuna, iżda anke oġġetti, b’mod partikolari dawk ta’ valur artistiku u reliġjuż.

Dan il-filmat juri l-ħidma biex statwa titulari ttieħdet f’post aktar sigur. Segwi l-filmat.

Aqra aktar

Il-plejers Ingliżi jinsistu li jilagħbu bil-poppy

Ir-regoli tal-FIFA huma ċari. Ebda plejer ma jista’ jilbes xi ħaġa li għandha sinjifikat politiku jew reliġjuż. Għalhekk il-plejers tat-tim nazzjonali Ingliż mhux se jitħallew jilbus l-poppy fil-logħba kontra l-Iskozja valida mill-kwalifikazzjoni li jmiss għat-Tazza tad-Dinja. Xi ħaġa li ġabet il-kundanna tal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.

Aqra aktar

Minn footballer mall-United għal qassis

L-eks Midfielder ta’ Manchester United Philip Mulryne ħa pass mhux tas-soltu u kompla fit-triq biex isir qassis. L-eks player mill-Irlanda ta’ fuq, li għamel karriera ma’ Norwich, Cardiff City u l-United, għadu kemm kien ordnat djaknu.

Filwaqt li ħafna jispiċċaw isiru kowċis jew jidħlu f’xeni bħat-televiżjoni, Mulryne iddeċieda li jitlaq mill-attenzjoni u l-lussu u jsegwi l-istint reliġjuż.

Aqra aktar

Send this to a friend