Internazzjonali – Page 503 – One News

Notifiki

Il-Lira Sterlina tieħu daqqa ta’ ħarta

Il-Lira Sterlina tinsab taħt pressjoni kbira wara li r-Renju Unit stabilixxa miri għal meta jrid jibda’ l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-valur tal-munita Ingliża niżel sew meta mqabbel mal-Ewro.

Il-Prim Ministru Theresa May qalet lill-partit konservattiv li Atriklu 50, li jiskatta l-proċess tad-divorzju minn mal-Ewropa, irid jibda jkun implimentat sa mhux aktar minn Marzu. Jiġifieri r-Renju Unit jilaq mill-Unjoni Ewropea sal-2019.

Il-Lira Ingliża hija 0.9% aktar dgħajfa mill-Ewro- ħaġa li ilha ma sseħħ mill-2013. Kontra d-dollaru Amerikan, il-Lira Sterlina niżlet b’0.8%, biex laħqet l-inqas livell minn Awwissu tas-sena li għaddiet.

 

Orban jiddikjara rebħa: jemmen li l-poplu qal ‘le’ għall-kwoti dwar immigranti

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban iddikjara rebħa f’referendum dwar il-kwoti migranti obbligatorji tal-UE, minkejja li l-parteċipazzjoni baxxa li kien maħsub kienu jirrenduh invalidu.

Il-pjan kontroversjali Unjoni Ewropea biex ikunu rilokati 160,000 immigrant madwar id-blokk ifisser li l-Ungerija tirċievi 1,294 persuna li qed  ifittxu l-ażil.

Kważi 98% ta ‘dawk li ħadu sehem appoġġjaw t-talba tal-gvern li tirrifjuta l-pjan tal-Unjoni Ewropa. Iżda 43% tal-elettorat ivvot, inqas mill-50% meħtieġ biex ir-referenudm ikun validu.

Aqra aktar

Kim Kardashian miżmuma b’pistoli ppuntati lejha

Kim Kardashian sofriet minn xokk qawwi wara li żewġt’irġiel liebsin ta’ uffiċjali tal-Pulizija żammweha b’pistoli ppuntati lejha, f’kamra ta’ lukanda.

Minkejja li li tinsab ixxukjata bi kbira, ma sofriet ebda ġrieħi. L-inċident seħħ f’Pariġi, fejn ir-reality star ta’ 35 sena qiegħda tattendi ġimgħa dedikata għall-moda. Żewġha, ir-rapper Kanye West, telaq ħesrem minn kuċert fi New York wara li sar jaf bl-aħbar.  Aqra aktar

BIL-FILMAT: Minn żona ta’attakk għal park tal-ilma

Kienu l-bosta li kkumentaw dwar dan il-filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook. Filmat li juri t-tfal f’Aleppo jidħku u jgħumu f”żona fejn kien għadu kemm sar attakk mill-ajru. L-istess żona kienet mimlija bl-ilma wara li kawża tal-bumbardament saret ħsara estensiva fil-provvista tal-ilma.
Aqra aktar

Jinħarqu b’ħadida biex iwasslu messaġġ

Numru ta’ persuni li huma vegans, jiġifieri ma jieklu l-ebda ikel li mhux organiku u l-ebda ikel li ġej mill-annimali, għamlu protesta li matula ħallew numru ta’ protestanti jpoġġu ħadid jaħraq fuqhom bl-għan li ma tibqax topera l-industrija tal-laħam fi Franza.
Aqra aktar

Send this to a friend