Internazzjonali | One News - Part 501

Notifiki

Segretarju Ġenerali mara għall-FIFA

Il-FIFA ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja se jkollha Segretarju Ġenerali mara. Dan tħabbar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-kungress tal-FIFA fil-Messiku. Fatma Samba Diouf Samoura mis-Senegal ser tkun qed isservi f’din il-kariga wara li l-eks Segretarju Ġenerali Jerome Valcke ġie pprojbit għal tnax il-sena minn attivitajiet relatati mal-futbol.

Aqra aktar

Nirien kbar f’Madrid

Nirien kbar ħakmu scrapyard tat-tyres f’Madrid fi Spanja. Dawn in-nirien żiedu fl-intensita taħhhom kawza tar-rih, bis-sema tintela duħħan iswed li kien visibli saħansitra minn tlettin kilometru bod.
Aktar minn għaxar timijiet tat-tifi tan-nar marru fuq il-post, iżda xorta waħda ma rnexxilhomx jikkontrollaw in-nirien aktar minn għaxar sighat wara li bdew in-nirien.

Aqra aktar

Ibra jikkonferma li se jitlaq

L-attakant Svediż Ibrahimovic ikkonferma li se jkun qed iħalli lil Paris St Germain fis-sajf li ġej. Stilla tal-futbol magħruf għas-saħħa tiegħu, il-kontroversja, għal kemm lagħab ma’ timijiet u kemm kapaċi jiskora kiteb fuq twitter u qal: “Ġejt qisni re u se nitlaq leġġenda.”

 

L-ispecial one jonqsu biss il-firma

Huma persistenti r-rapporti li fis-sigħat li ġejjin se ssir uffiċjali li Jose Mourinho, magħruf bħala The Special One, se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Manchester United.

Ix-xniegħa ilha hemm u b’ħafna mill-klabbs ewlenin diġa’ għandhom lest il-bniedem li se jmexxi t-tim kien ovvju li waħda mill-ikbar possibbiltajiet għall-kowċ tal-livell tal-Portugiż huma r-Red Devils.

Aqra aktar

Serena Williams timrad wara li dduq l-ikel tal-kelb

Il-kampjonessa tat-tennis Serena Williams mardet wara li provat idduq l-ikel tal-klieb. Dan għamlitu sigħat qabel irnexxiela tgħaddi mal-ewwel tmienja fl-Open fl-Italja.

Williams ammettiet li provat porzjon mill-ikel li kellu jkun għall-kelb tagħha Chip, qabel marret biex tirbaħ kontra l-Amerikana Christina McHale f’Ruma. Permezz ta’ vidjo fuq Snapchat qabel il-partita, spjegat li l-plat kien bit-tiġieġ u r-ross u li wieħed jista’ jordnah għall-klieb mill-lukanda li kienet fiha.

“Jidher tajjeb” qalet li ħasbet l-isportiva ta’ 34 sena. Madanakollu sigħat wara, mardet b’mod li, fi kliema, ħassitha se tmut.

Stqarret li temmen li għandu jkun hemm indikazzjoni li dan it-tip ta’ ikel mhux tajjeb għall-bniedem.

Screen Shot 2016-05-13 at 06.34.46

Droga ddemonizzata

Kull droga hija perikoluża u tista’ tikkaġuna l-mewt iżda droga li bħalissa qed tikseb prominenza fl-Istatju Uniti hija dik bl-isem ta’ ‘flakka’. Droga ddemonizzata, hekk qed isejħulha u bir-raġun.
Filmati jixhdu imġieba distruttiva, vjolenti u mingħajr ebda raġunar.

Vittmi ta’ din id-droga saħansitra wettqu omiċidju, u jirriżulta li qas biss jiftakru li għamlu dan wara li l-effett tad-droga ma baqax jaħdem fis-sistema.

Din id-droga tista’ tittieħed b’metodi differenti, jew b’injezzjoni, mill-ħalq jew tinġibed mill-imnieħer.

Aqra aktar

Brażil: Logħob Olimpliku mingħajr il-President?

Is-Senat Brażiljan ivvota favur it-tneħħija tal-President Dilma Roussef.

Hija se taffaċja ġuri, hekk kif tinsab akkużata li mmanipulat finanzi pubbliċi b’mod illegali qabel l-elezzjoni tal-2014, sabiex jidhru riżultati tajba fl-andament ekonomiku, minflok defiċit li qiegħed jiżdied.

Aqra aktar

Neħħiet it-toga u impressjonat

Pia Muehlenbeck neħħiet it-toga tal-avukata u għarfet li l-immudellar u l-ibbloggjar huma d-dinja tagħha. F’temp ta’ tmintax-il xahar għamlet suċċess kbir tant li attirat ’il fuq minn 1.2 miljun segwaċi fuq l-Instagram.

“Inbiddlu ħafna affarjiet minn meta ggradwajt. Bdejt id-ditta tiegħi tal-ilbies sportiv, SLINKI Athletics, u bdejt intella’ diversi ritratti tiegħi fuq is-siti soċjali biex nirreklama l-prodotti.”

Aqra aktar

Send this to a friend