Internazzjonali – Page 500 – One News

Notifiki

TRAĠEDJA FL-ITALJA: Żball uman?

Għajjat, biki u dispjaċir.

Dawn huma tlett kelmiet li jiddeskrivu x-xena li kien hemm fl-isptar tal-Italja, l-Erbgħa. Dan wara t-traġedja li saret fil-Lvant ta’ Bari li ħalliet 23 persuna mejta u madwar 50 persuna oħra midruba, wara li kien hemm impatt head on bejn żewġ ferroviji fuq l-istess binarju f’Puglia, wieħed ġej minn Andria u ieħor li telaq mill-istazzjon Corato. Prosekutur lokali spjega kif dan l-aċċident seta’ kien riżultat ta’ żball uman.

Aqra aktar

“Darba kont il-futur” – Cameron

Applawż qawwi u standing ovation għal David Cameron mill-Konservattivi Ingliżi wara li wieġeb l-aħħar sensiela ta’ mistoqsijiet fil-Parlament bħala Prim Ministru. Issa jmissu jmur il-palazz Buckingham sabiex jagħti r-riżenja tiegħu lir-Reġina. Huwa rrapportat jgħid lill-membri parlamentari li se jħoss in-nuqqas tal-appoġġ tal-folla.

Huwa semma l-kisbiet tiegħu u qal li kien hemm ħafna mumenti sbieħ ħafna f’dawn is-sitt snin li fihom serva.

Aqra aktar

Jekk int dejjem tard, għandek vantaġġ!

Bla ebda dubju, kulħadd għandu xi ħabib/a li ma jkunux fil-ħin. Nifmhu li l-għan ta’ dawn in-nies mhuwiex biex jirrabjawna jew idejquna, iżda kienu hekk – minn dejjem. Il-mistoqsija hi, imma dawn ma jistgħux ikunu fil-ħin bħali? Il-mod ta’ kif inqasmu l-ħin, huwa differenti għal kull persuna u dan iwassal biex kull wieħed u waħda minna jkollu stil ta’ ħajja differenti.

Aqra aktar

Prim Ministru ġdid għar-Renju Unit

David Cameron se jitlaq minn 10 Downing Street, b’Theresa May tieħu postu.

Dan wara l-mistoqsijiet parlamentari, u wara li jmur Buckingham Palace biex jippreżenta r-riżenja tiegħu lir-Reġina.

Id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja ssegwi d-deċiżjoni tal-poplu f’referendum li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

Jitolbu lit-Taljani jagħtu d-demm wara l-inċident f’Puglia

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi żar iż-żona fejn ilbieraħ, minn tal-anqas ħamsa u għoxrin persuna tilfu ħajjithom wara li ħabtu żewġ ferroviji fin-naħa t’isfel tal-Italja.

Huwa ordna li ssir investigazzjoni uffiċjali fuq il-ħabta, li seħħet fuq binarju wieħed li jgħaddi minn nofs medda art bis-siġar bejn il-bliet ta’ Corato u Andria fil-Puglia. Iż-żewġ ferroviji jikkonsistu f’erba’ vaguni.

Numru ta’ persuni oħra jinsabu midruba, b’uħud minnhom qegħdin f’qagħda kritika.

Awtoritajiet tal-pajjiż qed jappellaw biex in-nies tagħti d-demm.

Aqra aktar

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma b’numru ta’ emerġenza wara l-inċident f’Puglia

 

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Afarrijiet Barranin ikkonferma li l-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma tinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet Taljani u ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi jew midruba fl-inċident li seħħ f’Puglia.

Mill-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom u numru ieħor weġġgħu wara li lbieraħ filgħodu żewġ ferroviji ħabtu fin-naħa t’isfel tal-Italja .

Il-ħabta seħħet fuq binarju wieħed li jgħaddi minn ġo medda art bis-siġr taż-żebbuġ bejn il-bliet ta’ Corato u Andria fil-Puglia. Iż-żewġ ferroviji kienu jikkonsistu f’erba’ vaguni.

Maltin li jixtiequ jkunu jafu aktar informazzjoni dwar dan l-inċident jistgħu jikkuntattjaw l-Ambaxxata fuq in-numru tal-emerġenza +39 348 241 2437 għal aktar għajnuna. 

Aqra aktar

Int se tfittxu l-Pokémon ?

Minn fisazzjoni għal oħra u din id-darba kien imiss Pokèmon Go.

Jekk għandek ħabta tkun online żgur li smajt b’din l-app, jew aħjar logħba u huwa naturali li staqsejt għal darba tnejn dwar x’qed jiġri.Aqra aktar

Sanders jappoġġja lil Clinton

“Ser naħdem biex l-Istati Uniti jkollu lil Hilary Clinton bħala President” dan ma qalu ħadd ħlief Bernie Sanders, l-aħħar kandidat demokratiku li nqala’ mit-tiġrija għall-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.

Aqra aktar

Send this to a friend