Internazzjonali – Page 499 – One News

Notifiki

Folol kbar jinġabru fi bliet Torok

Folol kbar ta’ Torok niżlu fit-toroq tal-kapitali Istanbul u bliet oħra fit-Turkija wara sejħa mill-awtoritajiet tal-pajjiż biex jiddefendu d-demokrazija.

Dan wara li falla l-attentat kolp ta’ stat il-Ġimgħa filgħaxija.

Kważi 3,000 suldat kien arrestat u mal-2,700 Imħallef tilfu xogħolhom.

Aqra aktar

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-Egyptair

F’konverżazzjoni rrekordjata abbord it-titjira tal-EgyptAir li ġġarraf fil-baħar Mediterran f’Mejju li għadda, jissemmew nirien fuq l-ajruplan.

Din l-informazzjoni ngħatat minn tim Eġizzjan li qed imexxi l-investigazzjonijiet, għalkemm il-kumitat li qed imexxi l-investigazzjoni uffiċjali qal li għadu kmieni wisq biex jingħad fejn jew għaliex kien hemm xi nirien fuq l-ajruplan.Aqra aktar

Kieku int tesperimenta?

Filwaqt li fil-pajjiżi tal-madwar qed jiġri minn kollox, minn attakki mdemmija sa kolp ta’ stat, in-nies ta’ Londra jistgħu jirrilassaw. Mhux għax m’għandhomx inkwiet, għax Brexit ħabbel l-irjus bi kbir. Imma għax biex imorru jieklu m’għandhomx bżonn jaħsbu x’se jilbsu.

Almenu fir-restaurant Bunyadi, li għadu kemm fetaħ il-bibien tiegħu, bil-patt u l-kundizzjoni li min jidħol jista’ jiġri għarwien u ma jistax juża mezzi teknoloġiċi bħal mobiles. Kunċett li ntlaqa’ tajjeb ħafna – tant li malli fetaħ kellu lista ta’ stennija ta’ 46,000 persuna.

Aqra aktar

60 MEJTA – misteru min mexxa l-kolp ta’ stat fit-Turkija

Il-kolp ta’ stat, jew l-attentat tiegħu, li seħħ tul il-lejl li għadda fit-Turkija fisser imwiet ta’ mawdar 60 persuna, ħafna minnhom nies ċivili. 754 suldat kien arrestat u 34 uffiċjal militar tneħħa mill-kariga tiegħu.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan reġa lura f’Istanbul, wara li kien evakwat biex tkun imħarsa s-sigurtà tiegħu. Imdawwar minn nies jesprimu appoġġ lejh, stqarr b’mod dirett fuq it-televiżjoni li l-armata teħtieġ titnaddaf. Il-Prim Ministru Binali Yildirim qal li s-sitwazzjoni hija kkontrollata, iżda sadanittant ordna li jiġu sparati tiri lejn aruplani li jintużaw minn dawk li pjanaw il-kolp ta’ stat.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Possibilità ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija

01:10

F’dan il-filmat jidhru numru ta’ nies li jappoġġjaw lill-President Erdogan jitilgħu fuq tank u jsawtu lill-uffiċjal tal-militar. Huma jinstemgħu jgħajjtu isem il-President.

 

01:05

Il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon Nazzjonali Tork, stqarret li nqatlu 17-il pulizija f’attakk mill-ajru. Dan l-attakk sar fuq il-kwartieri ġenerali tal-forzi speċjali tal-Pulizija f’Ankara. Intant żewġ ajruplani tat-tip F-16 waqqgħu ħelikopter militari li kien qed jintuża għal dan il-kolp ta’ stat.

01:00 Ikompli l-isparar, din id-darba f’Istanbul.

00:55

Filmati li juru sparar minn ħelikopter fuq nies li ħarġu jipprotestaw f’Ankara.

00:52

Suldati Torok sparaw fuq numru ta’ persuni li kienu qed jippruvaw jaqsmu mill-pont ta’ Bosphorus f’Istanbul. Sorsi jikkonfermaw li weġgħu xi nies.

00:46

Fl-ajruport inġabru bosta nies biex jingħaqdu mal-appell tal-President Erdogan.

13730752_10210419977436171_1169526707_o.png

00:37

Jinstemaw sparaturi fejn l-Ajruport ta’ Istanbul.

00:33

Numru ta’ helikopters militari fetħu n-nar fuq l-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelliġenza.

00:27

Waqt filmat live fuq Twitter jinstema l-kliem ta’ ‘Allah u akbar’.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.25.36

00:22

Uffiċjal għoli Tork qed jgħid li l-forzi leali qed jieħdu kontroll biex ineħħu l-Gvern Tork.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.20.15

00:13

Ritratt tal-folla li qed tinġema’ f’Istanbul f’rispons għall-appell tal-President Tork.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.12.17

00:00

Facebook, Twitter u siti soċjali jidher li m’għadhomx aċċessibbli fit-Turkija. L-istazzjoni televiżiv nazzjonali mhux qed ixandar.

Aqra aktar

Send this to a friend