Internazzjonali | One News - Part 498

Notifiki

Uġigħ fl-istonku u fil-griżmejn – l-aħħar xhur ta’ Prince

Il-kok personali tal-kantant Prince, li tilef ħajtu fl-21 ta’ April, irrakkonta li fl-aħħar xhur ta’ ħajtu, il-kantant kien qed ibagħti minn uġigħ fl-istonku kif ukoll fi griżmejħ.

Ray Roberts kien il-kok personali tal-kantant għal kważi tlett snin. Qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet ‘Associated Press’ li matul l-aħħar xhur ta’ ħajtu, Prince kien qed ikun differenti mis-soltu.  Iżda kien propju mill-ikel li beda jitlob il-kantant li wassal sabiex Roberts jintebaħ li dan il-kantant kellhu problemi serji f’saħħtu.

Aqra aktar

Dimostrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħaddiem li spiċċaw bil-gass tad-dmugħ

Pajjiżna jkompli jiddistingwi ruħu mill-kumplamet tal-Ewropa. Filwaqt li d-dimostrazzjoni f’Malta ta’ Jum il-Ħaddiem kienet waħda ffukata fuq is-suċċessi ekonomiċi u l-ħidma li trid tkompli ssir biex il-ħaddiema jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, ma jistax jingħad l-istess għal dak li seħħ f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej.

Dawn id-dimostrazzjonijiet, li bdew b’mod paċifiku, spiċċaw fi ġlied vjolenti mal-Pulizija li użaw l-ilma u l-gass tad-dmugħ.

Skont il-gazzetta Birgun, fit-Turkija, karozza tal-Pulizija qatlet raġel ta’ 57 sena f’Istanbul fejn ġew arrestati iżjed minn 200 demostrant f’Misraħ Taksim.

Aqra aktar

Ranieri l-aħħar li jkun jaf!

Jekk Leicester City ikunu inkurunati champions tal-Premier Legue Ingliż illejla b’rebħa ta’ Chelsea fuq Tottenham, il-kowċ tagħhom Claudio Ranieri se jkun l-aħħar wieħed li jkun jaf. Skont il-BBC, dan għaliex huwa jkun fuq l-ajruplan ġej lura mill-Italja fejn illum se jippranza ma’ ommu Renata ta’ 96 sena.

Aqra aktar

Il-bexx kontra n-nemus u l-effetti fuq it-tfal: studji ġodda

Studju ġdid jissuġġerixxi li jista’ jkun hemm relazzjoni bejn il-bexx mill-ajru biex jinqatlu n-nemus fl-Istati Uniti u żieda fir-riskju li t-tfal idumu biex jiżviluppaw u saħansitra jkollhom l-awtiżmu.

F’dan l-istudju, ippreżentat fil-laqgħa ta’ din is-sena tal-Pediatric Academic Societies, l-awturi jirrapurtaw li t-tfal li jgħixu fl-inħawi fejn bexx bħal dan isir kull sajf, kellhom 25% aktar ċans li jkunu hekk affettwati.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru tal-Iraq jordna l-arrest ta’ protestanti

Il-Prim Ministru tal-Iraq Haider al Abadi ordna l-arrest ta’ attivisti ‘Shia Muslim’,  li pprotestaw billi qabdu u daħlu fil-bini tal-Parlament f’Baghdad. Mijiet ta invidiwi li jappoġġjaw lill-kleriku Moqtada al Sadr, ipporotestaw  kontra l-Gvern attwali tal-Iraq talli ma ħax azzjoni kontra l-korruzzjoni.

Il-Midja internazzjonali tikkonferma li pulizija viċin tal-ambaxxata Amerikana f’Baghdad sparaw ‘tear gas’ fuq dawk li kien qed jipprotestaw. Huwa kkonfermat ukoll li minn tal-inqas membru parlamentari wieħed ġie attakkat minn dawn.

Il-Prim Ministru Abadi saħaq li l-ordni tal-arrest ta’ dawn in-nies hija minħabba l-atti vandali fuq propjetajiet tal-Istat,u li danw għandhom jirċievu il-pieni li ħaqqhom.

Ritratt: BBC

Ġmiel ta’ ritratti tal-Prinċipessa Charlotte f’għeluq l-ewwel sena tagħha

Fil-ħinijiet li għaddew Kensington Palace ppubblika l-ewwel ritratti tal-Prinċipessa Charlotte hekk kif għada se tkun qed tiċċelebra l-ewwel sena tagħha. Ir-ritratti, meħudin minn ommha Kate, juru li ċ-ċkejkna bdiet tagħmel l-ewwel passi tagħha.

Charlotte, b’għajnejha blu u xahar kannella, tixbah lil ħuha George kif jixhdu r-ritratti li ttieħdu sentejn ilu f’għeluq l-ewwel sena tiegħu u liema ritratti jinsabu fin-Natural History Museum.

 

Splużjoni fit-Turkija … tmut persuna u jindarbu tlettax oħra

Fit-Turkija, splużjoni ta’ karozza bomba ħdejn għassa tal-Pulizija fil-belt ta’ Gaziantep, li tinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż, ħalliet minn tal-inqas persuna mejta u tlettax-il persuna midruba, inkluż disa’ pulizija.

Fl-aħħar xhur żdiedet l-instabilità fit-Turkija hekk kif dan il-pajjiż qed jintlaqat mill-vjolenza mdemmija li ħakmet il-pajjiż ġar tagħha, is-Sirja.

CNN Turk irrappurtat li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi kilometri ’l bogħod.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Send this to a friend