Internazzjonali | One News - Part 497

Notifiki

Sparatura fuq Membru Parlamentari

Il- Membru Parlamentari Laburista Jo Cox sofriet ġrieħi gravi wara li sparawla ġewwa Birstall, West Yorkshire. Dan qalitu persuna li kienet fuq il-post tal-inċident.

Cox ġiet eletta bħala Membru Parlamentari għal Batley and Spen fl-elezzjoni ġenerali tal- 2015 u hija omm ta’ żewġ ulied.

Il-persuna li kienet fuq il-post qalet li l-mara ta’ 41 sena tħalliet fuq il-bankina bid-dmija nieżla.

Aqra aktar

Joachim Low jiskuża ruħu

Il-kowċ Ġermaniż skuża ruħu waqt konferenza tal-aħbarijiet għall-affarijiet li għamel waqt il-logħba Ġermanja kontra l-Ukrajna.

F’diversi filmati li xxerdu fuq is-social media u wkoll dirett waqt il-logħba il-kowċ Low jidher jmiss u jħokk il-parti privata tiegħu u wara jxomm idejh. Low stqarr li dan m’ huwa xejn ħlief tensjoni ta’ waqt il-logħba.

Huwa qal li dan isir għax tkun ikkonċentrat fuq il-logħba u jkollu tensjoni għolja ħafna u lanqas biss jinduna li jkun għamel hekk. Joachim Low stqarr li hu ser ikun qed joqgħod attent għall-azzjonijiet tiegħu.

Tgħid ser jirnexxielu jżomm dan il-patt Low?

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom jikkunsidraw isiru Brittaniċi?

Dawn huma żminijiet diffiċli mhux biss għal 2.9 miljun ċittadin li llum qiegħdin jgħixu u jaħdmu l-Ingilterra minkejja li twieldu f’pajjiżi Ewropew oħra, iżda anke għal dawk il-Brittaniċi li qiegħdin jaħdmu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Id-dritt tal-moviment liberu jipermetti liċ-ċittadini Ewropej biex imorru jaħdmu f’pajjiż membru ieħor. Iżjed minn 2 miljun ċittadin Ewropew għażel li jmur jaħdem r-Renju Unit.

Aqra aktar

Tfittxija mill-pulizija fit-Tajlandja

Il-pulizija fit-Tajlandja għaddejja bi tfittxija f’tempju influwenti biex ikun arrestat il-kap tal-patrijiet, li huwa mfittex fuq akkużi ta’ koruzzjoni.

Huwa qed ikun akkużat b’misapproprjazzjoni ta’ fondi mit-tempju Dhammakay u ħasil ta’ flus.

Għal xhur sħaħ, ir-raġel ta’ tnejn u sebgħin sena baqa fit-tempju, li jinsab fit-Tramuntana ta’ Bangkok. Huwa dejjem tenna li ma kienx f’saħħtu, bil-għan li ma jkollux għalfejn jidher quddiem l-uffiċjali.Aqra aktar

Jinstabu l-iġsma ta’ 34 immigrant

Fi stqarrija tal-gvern tan-Niger, intqal li l-iġsma ta’ 34 immigrant, għoxrin minnhom tfal, instabu fid-deżert tas-Sahara viċin il-fruntiera mal-Alġerija.

Huma nstabu fil-belt żgħira Assamakka.

Il-Ministru tal-Intern qal li jidher li huma mietu bl-għatx wara li kienu abbandunati minn traffikant. Qal li disgħa mill-adulti kienu nisa u ħamsa kienu rġiel.

Aqra aktar

Jinstab il-ġisem tat-tifel li nħataf minn kukkudrill

Il-pulizija li kienet qed tfittex tifel li nħataf minn kukkudrill f’Walt Disney World fi Florida sabu l-ġisem tiegħu.

Għaddasa sabu l-ġisem sħiħ li aktarx huwa tat-tifel, li tkaxkar għal ġol-ilma t-Tlieta filgħaxija quddiem familtu.

Il-kap tal-pulizija ta’ Orange County Jerry Demings qal li t-tifel kien jismu Lane Graves u kien min-Nebraska.

Aqra aktar

EgyptAir : Jinstabu l-fdalijiet

Skont investiagturi Eġizzjani, instabu fdalijiet mit-titjira tal-EgyptAir li sparixxiet fuq il-Mediterran ix-xahar li għadda.

Fi stqarrija intqal li kienu identifikati numru ta’ siti fejn hemm il-fdalijiet u li bastiment li jfittex fil-fond tal-baħar bagħat l-ewwel ritratti tal-fdalijiet.

Fuq it-titjira MS804 kien hemm sitta u sittin persuna meta ġġarfet fid-dsatax ta’ Mejju fi triqitha lejn il-Kajr minn Pariġi.

Aqra aktar

EURO 2016: Iżjed ġlied bejn il-partitarji

Minn tal-inqas sitta u tletin persuna ġew arrestati f’Lille wara ġurnata ta’ ġlied kontinwu bejn il-pulizija Franċiża u l-partitarji tal-football li qed jattendu għall-Euro elfejn u sittax.

Il-pulizija Franċiża qalet li l-arresti saru matul il-jum tal-Erbgħa u li sittax-il persuna ddaħlu l-isptar għal kura.

L-Erbgħa filgħaxija, pulizija ta’ kontra l-irvelli affrontaw mijiet ta’ partitarji Ingliżi hekk kif ġew sparati flares u baraxxijiet.

Aqra aktar

L- Iżvizzeri jirtiraw l-applikazzjoni ta’ sħubija mal-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera irtirat l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb membru fl-Unjoni Ewropea, gimgħa biss qabel ir-Renju Unit jivota fir-referendum dwar is-sħubija tagħhom.

Dan il-vot ittieħed mill-Gvern Svizzeru wara li l-Ministru għall-affarijiet barranin Didier Burkhalter qal li l-applikazzjoni ta’ sħubija tista tiġi meqjusa bħala irtirata.

Burkhalter spjega li l-mozzjoni mhux meħtieġa, dan għaliex l-Isvizzera ma għandha l-ebda skop li tissieħeb mal-Unjoni Ewropea u għandha tiġi ikunsidrata bħala stat indipendenti.

Aqra aktar

Send this to a friend