Internazzjonali | One News - Part 494

Notifiki

Ċamata lil Google!

Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lil Google li temmen li kisret regoli Ewropej u abbużat mill-pożizzjoni tagħha.  Dan billi imponiet restrizzjonijiet fuq manifatturi tal-apparat Android u operaturi tan-netwerks tal-mowbajl.

Aqra aktar

L-użu ta’ tfal f’attakki suwiċida

L-użu ta’ tfal f’attakki suwiċida mwettqa mill-Boko Haram żdied matul l-aħħar sena.

Filfatt wieħed minn kull ħames attakki li wettaq dan il-grupp fundamentalista ibbażat fin-Niġerja twettaq minn tfal. Dan ħareġ minn studju li għamlet l-Aġenzija tat-tfal tan-Nazzjonijiet Magħquda, li qalet li tliet kwarti ta’ dawn it-tip t’attakki qed jitwettqu minn bniet li jkunu ġew drogati.

Sentejn ilu l-grupp Boko Haram ħataf mal-mitejn studenta fir-reġjun ta’ Chibok b’ħafna minnhom spiċċaw maħnuqa mit-tagħlim fundamentalista li jxerred dan il-grupp.

Tnejn akkużati b’terroriżmu b’rabta mal-attakki fi Brussell

Il-Pulizija Belġjana akkużat żewġt’irġiel b’terroriżmu u b’rabtiet mal-attakki fi Brussell, li x-xahar li għadda ħoloq biża’ ġdida fil-qalba tal-Ewropa.

Is-suspettati ġew identifikati bħala Smail u Ibrahim; b’rapporti jgħidu li huma aħwa. Dan il-każ isegwi arrest ta’ żewġ persuni oħra l-Ġimgħa li għadda waqt rejd imwettaq mill-Pulizija Belġjana.

Aqra aktar

Gwida għall-familji Kattoliċi

Il-Papa Franġisku għadu kif ippubblika gwida dwar il-ħajja familjari, fejn argumenta li il-Knisja għandha tifhem aktar l-istatura ta’ familja moderna. Id-Dokument iġib l-isem ta On Love in the Family, u ġie milqugħ tajjeb mill-Kattoliċi madwar id-dinja. Dan għaliex qed iħeġġeġ lil Isqfijiet madwar id-dinja jinfiltraw dan id-dokument fl-istil ta’ ħajja taghħom u ma jiġġudikaw ebda sitwazzjoni fejn tidħol il-familja.

Hawnhekk il-Papa jikkritika ukoll l-individwaliżmu li wassal biex ħafna kattolici jikkunsidraw is-sitwazzjonijiet u is-sodisfazzjon personali taghħom aktar minn dak ta żwieghom.

Filwaqt li iħeġġeġ l-edukazzjoni sesswali fost it-tfal tal-iskola, qabel li dan għandu jkun ibbażat fuq l-imħabba.

Huwa ħeġġeġ fuq kollox sorveljanza pastorali aħjar, bhal aktar preparazzjonijiet għal koppji li ser jiżżewgu, fost oħrajn.

45 immigrant jaslu t-Turkija

Grupp ta’ ħamsa u erbgħin immigant mill-Pakistan li mistennija jintbagħtu lura f’pajjiżhom mill-Greċja, fl-aħħar ħin twasslu fil-port Tork ta’ Dikili. Dan qed isir bħala parti mill-ftehim tal-Unjoni Ewropea biex jimmansaw l-ammont ta’immigranti li qed jippruvaw jidħlu fl-Ewropa.

Madwar mitejn immigrant ieħor intbagħtu lura mill-Greċja nhar it-Tnejn li għadda, iżda il-proċess kien imfixkel minn għadd ta’ applikazzjonijiet għad-dritt tal-azil fil-Greċja. Immigranti oħrajn li għadhom ma bdewx il-proċess tal-applikazzjoni, jew li l-applikazzjoni taghħom għadha tiġi ddikkjarata invalida, mistennija jintbagħtu lura fi żmien qasir.

Ażil: reviżjoni fis-sistema ta’ talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret numru ta’ proposti ġodda għal riforma fis-sistema ta’ talbiet għall-ażil li jużaw pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan b’reazzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni, speċjalment fid-dawl tad-diffikultajiet li ilhom iħabbtu wiċċhom magħhom pajjiżi bħall-Greċja u l-Italja. Pajjiżi li jkollhom jilqgħu eluf ta’ persuni li jaslu mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika.

Il-Kummissjoni identifikat ħames oqsma ta’ prijorita’, fejn is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil għandha titjieb.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, Dimitris Avramopoulos, wiegħed is-support tiegħu. Fost il-proposti hemm dik li l-Unjoni Ewropea jkollha sistema bbażata skont kemm il-pajjiż partikolari jkun jiflah jilqa’ persuni.

Send this to a friend