Internazzjonali – Page 492 – One News

Notifiki

Kull 84 siegħa jsir attakk terroristiku mill-ISIS

Fl-aħħar ġimgħat rajna fjuri u xemgħat fi Munich, il-kwiet u l-paċi li  konna nsibu f’dan il-post inbidel f’wieħed ta’ tensjoni u dieqa dan wara bomba suwiċida. L-ambjent ta’ talb u ġabra fi knisja Franċiża nbidel f’xena ta’ mewt u mibegħda wara li ħanxru għonq qassis.

Aqra aktar

Sittax mejta wara li ballun bl-arja sħuna ħa n-nar

Ħadd ma salva meta ballun mimli bl-arja sħuna (hot air baloon) ħa n-nar f’Texas u ġġarraf. Fuqu kien hemm sittax –il persuna. Kien hemm in-nies u ma jidhirx li salva xi ħadd,” qalu l-investigaturi. Jidher li wara li ħa n-nar dan il-ballunbarax, li huwa fost l-ikbar li jeżistu, waqa’ f’għalqa  qrib Lockhard fil-Belt ta’ Austin.

Aqra aktar

50 sena minn mindu rebħu tazza

Ħamsin sena ilu bħal-lum, it-tim nazzjonali Ingliż rebaħ it-Tazza tad-Dinja, l-uniku suċċess internazzjonali sa issa. Kien fl-elf disa’ mija sitta u sittin meta f’Wembley Stadium, quddiem kważi mitt elf ruħ, l-Ingilterra għelbet lil Ġermanja tal-Punent bl-iskor ta’ erbgħa bi tnejn.

Aqra aktar

Meta l-Gvern jistudja l-ħajja sesswali tiegħek

L-Iżvezja uffiċjalment nediet studju dwar il-ħajja sesswali taċ-ċittadini, liema studju se jdum sejjer tliet snin. Dan se jkun l-ewwel studju tat-tip tiegħu wara 20 sena.

Il-Minsitru għas-Saħħa Garbiel Wikstrom qal li politika dwar is-saħħa sesswali m’għandhiex tkun imnebbħa biss mill-problema, iżda anke mill-pjaċir li kapaċi jagħti s-sess.

Aqra aktar

Iħanxarlu rasu u jbiċċirlu l-mara għal pakkett gallettini li jiswa 20 ċenteżmu

Raġel mill-komunità Dalit fl-Indja tħanxritlu rasu, filwaqt li martu tbiċċret tant li tilfet ħajjitha. Dan kollu wara ġlieda fuq 15 rupees – ċioe 20 ċenteżmu tal-ewro.

Il-Pulizija kkonfermat li l-koppja nqatlu minn sid ta’ grocer li huwa ta’ klassi soċjali aktar superjuri, wara li r-raġel qallu li għandu bżonn aktar żmien biex iħallas ta’ pakkett gallettini li xtara minn hemm, għat-tlett itfal tiegħu. Id-delitt seħħ kmieni fid-distrettt ta’ Mainpuri, meta l-koppja kienu sejrin lejn ix-xogħol. Kien hawn li s-sid, li jismu Ashok Mishra,  beda jitlob il-flus akkost ta’ kollox. Kien għalxejn li l-koppja spjegawlu li kienu se jitħallsu aktar tard il-Ħamis stess, u b’hekk setgħu iħallsu lil tal-ħanut.

Aqra aktar

Jindirizza eluf ta’ żgħażagħ fil-Polonja

Il-Papa Franġisku indirizza aktar minn sitt mitt elf żagħżugħ u żagħżugħa li nġabru fi Krakovja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Huwa ħeġġiġhom biex juru kompassjoni mal-immigranti u jilqgħuhom f’pajjiżhom. Minkejja li l-Polonja – il-post fejn tkellem il-Papa – għandha għeruq kbar Kristjani, il-Gvern ma jaqbilx mal-kwota mandatorja tal-Unjoni Ewropea ta’ kemm għandu jaċċetta immigranti.Aqra aktar

Send this to a friend