Internazzjonali | One News - Part 491

Notifiki

Inkwiet għall-isterlina

Il-valur tal-isterlina jkompli jaqgħa b’rata mgħaġġla. Dan huwa riżultat tad-deċiżjoni li ħadet ir-Renju Unit biex ma tibqax membru tal-Unjoni Ewropea.

sterlina

Martin Schulz: Irridu nassiguraw stabilità

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz indirizza konferenza stampa wara li r-Renju Unit iddeċieda li ma jibqax membru tal-Unjoni Ewropea u ivvota favur BREXIT.

Huwa saħaq li jeħtieġ ikun hemm rispett kemm bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Huwa esprima d-diżapunt tiegħu għal dan ir-riżultat, iżda saħaq ukoll li jeħtieġ nirrispettaw s-sovrenita’ tal-pajjiż.

Aqra aktar

Se jirriżenja David Cameron

Minix il-kaptan addattat biex niggwida lil pajjiżna minn dan iż-żmien, għalhekk se nirreżenja. Emozjonat, il-Prim Minisru Ingliż David Cameron qal li d-deċiżjoni li jirreżenja kienet deċiżjoni diffiċli iżda meħtieġa għall-istabbilità tal-pajjiż.
Aqra aktar

DEĊIŻJONI BREXIT… FTIT FATTI  

XI TFISSER ‘BREXIT’? Hija l-kombinazzjoni tal-kelmiet Britain u Exit. M’hijix wisq oriġinali, għaliex ittieħdet mill-kelma Grexit li kienet użata s-sena li għaddiet biex tirreferi għall-eventwalità li l-Greċja toħroġ miż-Żona Ewro.  Din il-mistoqsija bħal oħrajn fosthom dwar min jista’ jivvota, x’inhi l-mistoqsija li rrispondew u għaliex kellu jsir dan ir-referendum fil-filmat hawn taħt.

Aqra aktar

Sigħat qabel il-verdett… Min kienu l-protagonisti tal-kampanja?

Il-kampanja referendarja fir-Renju Unit kienet waħda kkulurita. B’personalitajiet bħal Boris Johnson u Nigel Farage fuq naħa u politiċi ta’ awtorità bħal Prim Ministru David Cameron u l-eks Prim Ministru Gordon Brown fuq naħa oħra, il-poplu Brittaniku kellu ħafna x’jixtarr.

Fil-filmat ta’ hawn taħt inħarsu lejn il-personalitajiet f’din li kienet kampanja li waslet għal waħda mill-ikbar deċiżjonijiet tar-Renju Unit.Aqra aktar

Send this to a friend