Internazzjonali – Page 490 – One News

Notifiki

Nies imwerwra minn buffi misterjużi: il-Pulizija Amerikana bi twissijiet

Għexieren ta’ rapporti ta’ buffi saru mall-għases tal-Pulizija madwar l-Istati Uniti dan is-sajf.

Tfal qalu li dawn il-buffi provaw jgħidulhom jidħlu ġewwa foresti billi jinċnetivawhom bil-flus. Dawn ir-rapporti daħlu f’mill-inqas sitt stati. L-aħħar każ seħħ f’Georgia fejn żewġ subien beżgħu tant li telqu jiġru, meta sabu buffu ma’ wiċċhom huma u jistennew li jiġi l-vann tal-iskola. Cameron Frails ta’ 12-il sena qal li raw raġel liebes kollox iswed, b’maskra ta’ buffu u parrokka ħamra.

F’South Carolina, daħlu rapporti ta’ xi ħadd b’ilbies aħmar u isfar, b’maskra għaddej mill-foresti. Kellu dawl tal-laser aħdar u kien qed jippuntah lejn it-twieqi tan-nies.

Aqra aktar

Il-Papa jikkonferma: dawk flimkien iżda bla annullament jistgħu jitqarbnu

Dalwaqt jista’ jkun li naraw koppji jitqarbnu li s’issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu.

Din kienet waħda mit-temi diskussi b’ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin.

Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta’ Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’.

Peress li din l-ittra inxterdet b’mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le. Aqra aktar

SOTEU DIRETT: Id-diskors ta’ Juncker dwar l-U.E

SOTEU huwa diskors annwali u dibattitu li matulu l-membri tal-Parlament jirrevedu l-kisbiet tal-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar sena, kif ukoll jagħtu spjegazzjoni tal-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea għal matul is-sena 2017. Wara li l-President tal-Kummissjoni jagħmel id-diskors tiegħu, jibda d-dibattitu bejn il-Membri Parlamentari Ewropej. Dan id-dibattitu jsir kull sena matul l-ewwel sessjoni plenarja ta’ Settembru.
Aqra aktar

Imniedi t-trailer ta’ Fifty Shades Darker

Maħdum fuq is-sensiela ta’ kotba Fifty Shades of Grey miktuba minn E.L. James u li għamlu suċċess fl-2011, imiss li għal festa ta’ San Valentinu li jmiss, jibda jintwera’ fis-swali tat-tapit l-aħmar, Fifty Shades Darker. Wara sentejn ta’ stennija illum kien imħabbar l-ewwel trailer ta’ dan il-film li qanqal lil dawk li qraw il-ktieb mimli passjoni minn lenti ta’ awtriċi mara.

Fifty Shades Darker se jkompli mal-ewwel film minn din is-sekwenza, jiġifieri meta Anastasia, tħalli lill-biljunarju Christian Grey.

Aqra aktar

Forzi Brittanniċi u Franċiżi akkużati li wittew it-triq għall-ISIS

Rapport preżentat fil-Parlament Ingliż jikritika bl-aħrax il-mod li bih forzi Brittanniċi u Franċiżi intervjenew biex ingħeleb l-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi fl-2011.

Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien akkużat li l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, David Cameron, ma kellux strateġija koerenti għall-kampanja bl-ajru.

Ir-rapport jgħid li ma kienx informat minn eżerċizzju ta’ intellġenza, u li dan wassal biex nibet l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Afrika ta’ Fuq.

Il-Gvern Ingliż qed jinisisti li kellu deċiżjoni internazzjonali biex jintervjeni, mill-Arab League u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Żammitha sigriet

Il-kandidata demokratika għall-Presidenza Amerikana, Hillary Clinton żammet id-dijanjosi tal-pneumonia tagħha sigrieta minn ħafna mill-istaff tagħha.

Dan hekk kif għażlet li tinforma biss lill-persuni qrib tagħha u lil tal-familja għaliex kienet imħassba wkoll dwar il-fatt li l-aħbar tal-marda tagħha, tista’ tiġi sfruttata mill-avversarji tagħha. Kien nhar il-Ġimgħa li għadda li Clinton saret taf li qed issofri mill-pneumonia u minkejja li ingħatat il-parir biex tistrieħ, hija ddeċidiet li tkompli bil-kampanja tagħha. Għalkemm, kellha tħassar iż-żjara tagħha f’Kalifornja.

Barra minn hekk, l-aħbar xterdet aktar wara li l-Ħadd li għadda, waqt iċ-ċerimonja li tfakkar il-vittmi tal-attakk li seħħ fil-ħdax ta’ Settembru tal-elfejn u waħda, Hillary Clinton ħassitha ma tiflaħx u dehret ma tilfħax iżżomm fuq saqajha.

Send this to a friend