Internazzjonali – Page 488 – One News

Notifiki

Il-mara ta’ Trump akkużata li kkuppjat

Melania, il-mara ta’ Donald Trump affaċċjat akkużi li f’parti mid-diskors tagħha fil-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana kkuppjat lil Michelle Obama, l-mara tal-President Amerikan, Barack Obama.

Il-kummentaturi nnuttaw similiritajiet bejn id-diskors ta’ mart Trump ma’ dak li għamlet fil-Konvenzjoni, Michelle Obama fl-2008. Fl-ewwel diskors tagħha f’din il-kampanja, is-sinjura Trump faħħret lil żewġha u fissritu bħala kompassjonali u li lest li jagħmel kollox għal pajjiżhom.Aqra aktar

Straġi b’MANNARA fuq ferrovija

Żagħżugħ Afgan armat b’mannara u sikkina nqatel mill-Pulizija Ġermaniża wara li darab erba’ persuni li kienu fuq ferrovija.

L-inċident seħħ f’Wurzburg, fin-nofsinhar tal-pajjiż u dawk midruba huma minn Hong Kong. Tlieta minnhom sofrew ġrieħi serji filwaqt li ġersuna oħra għandha ġrieħi ħfief. 14-il persuna oħra qed jingħataw l-għajnuna għax sofrew minn qatgħa qawwija.

Aqra aktar

Mr Bean għadu ħaj

L-attur kummidjant Rowan Atkinson, magħruf għar-rwol tiegħu bħala Mr Bean, spiċċa vittma ta’ qlajja online. Fi ftit kliem: għadu ħaj. Il-kelma ġriet li Atkinson, ta’ 61 sena, neħħa ruħu b’idejh. F’għajdud oħra, qalu saħansitra li miet meta prova jsalva ħajjet attur ieħor fuq il-post fejn kien qed jinġibed film.

Sabiex l-istorja tkun kredibbli, l-istejjer kellhom il-marka falza tal-BBC.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.18.00

L-istejjer giddieba jgħidu li kien qed jissielet dipressjoni qawwija. Li ma ndunawx dawk li kienu qed idawwru din l-istorja u dawk li xerrduha fuq il-mezzi soċjali huwa li kellhom id-dati ta’ twelid u ta’ mewt ħżiena – kieku kienu tajba, kien Atkinson kien ikollu 21 sena.

Screen Shot 2016-07-18 at 16.27.17

Evakwat il-Parlament Tork

Membri Parlamentari Torok ġew evakwati mill-Parlament f’Ankara wara aħbar ta’ attakk imminenti beda jiċċirkola fil-midja Torka.

Il-Bini tal-parlament jinsab magħluq għal kollox bil-forzi tas-sigurta jinvestigaw l-inħawi tal-madwar.

Il-Pajjiż kien protagonist tal-aħbarijiet madwar id-dinja fl-aħħar jiem wara attentat ta’ Kolp ta’ Stat il-Ġimgħa filgħaxija. Riżultat ta’ dan mas-sitt mitt membru tal-militar Tork qed jinżammu fil-kustodja tal-pulizija.

Aqra aktar

Se nkun Alla ta’ Manchester

Eric Cantona laqa’ lil Zlatan Ibrahimovic f’Old Trafford, iżda għamilha ċara li r-re ta’ Manchester se jibqa’ hu. Miegħu qabel l-istess Ibrahimovic għax f’dikjarazzjoni tipika minn tiegħu qal: “Nammira lil Cantona u smajt x’qal. Iżda, jien mhux se nkun ir-re ta’ Manchester, jien se nkun Alla ta’ Manchester!

Aqra aktar

Jinqatlu tliet Pulizija

Tliet Pulizija nqatlu b’tiri t’arma tan-nar f’Baton Rouge, l-Amerka. Il-BBC qed tirrapporta li fl-istess każ indarbu ħames pulizija. Filwaqt li kelliem għall-Pulizija qal li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll, mezzi barranin qed jirrappurtaw li l-identità tal-persuna wara dan l-omiċidju għadha mhix magħrufa.

Folol kbar jinġabru fi bliet Torok

Folol kbar ta’ Torok niżlu fit-toroq tal-kapitali Istanbul u bliet oħra fit-Turkija wara sejħa mill-awtoritajiet tal-pajjiż biex jiddefendu d-demokrazija.

Dan wara li falla l-attentat kolp ta’ stat il-Ġimgħa filgħaxija.

Kważi 3,000 suldat kien arrestat u mal-2,700 Imħallef tilfu xogħolhom.

Aqra aktar

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-Egyptair

F’konverżazzjoni rrekordjata abbord it-titjira tal-EgyptAir li ġġarraf fil-baħar Mediterran f’Mejju li għadda, jissemmew nirien fuq l-ajruplan.

Din l-informazzjoni ngħatat minn tim Eġizzjan li qed imexxi l-investigazzjonijiet, għalkemm il-kumitat li qed imexxi l-investigazzjoni uffiċjali qal li għadu kmieni wisq biex jingħad fejn jew għaliex kien hemm xi nirien fuq l-ajruplan.Aqra aktar

Send this to a friend