Internazzjonali – Page 487 – One News

Notifiki

Hillary Clinton tfittex is-skiet fil-kampanja wara l-elezzjoni fl-Istati Uniti

Jidher li Hillary Clinton għażlet il-kampanja u l-kwiet wara l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti.

Dan ħareġ minn ritratt li ħadet mara, li wkoll fittxet is-skiet tal-kampanja biex taħrab mir-realtá preżenti fl-Istati Uniti, fejn għaddejjin numru ta’ protesti kontra l-President elett Donald Trump. Kien propju qalb is-siġar ta’ Westchester County.
Aqra aktar

Bir-ritratti: Il-ħatra ta’ Donald Trump f’karikatura

Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem temmet l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti wara li nħatar Donald Trump, bosta għadhom ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni.

Filwaqt li eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-Istati Uniti jipprotestaw biex iwasslu l-vuċi tagħhom, oħrajn użaw it-talent tal-arti. Diversi persuni minn madwar id-dinja esprimew ruħhom bl-arti u esprimew l-opinjoni tagħhom f’karikatura.

Bl-użu tal-karikatura huma wasslu l-ħsibijiet, il-biżgħat u fl-aħħar mill-aħħar l-opinjoni tagħhom dwar din il-bidla.
Aqra aktar

Kif taqbad timita xagħar Trump?

Jekk verament tixtieq tgħid lil Donald Trump kif taħsibha wiċċ imb’wiċċ, għandek opportunità ġdida. Il-President elett Amerikan Donald Trump se jkun preżenti, għalkemm tax-xema’, għand ta’ Madame Tussaud.

Esperti fl-iskultura għaddejjin b’ħidma sħiħa wara l-kwinti biex Trump ġdid (għax diġa’ hemm Trump ieħor) ikun preżenti qabel l-istilla televiżiva u negozjant  isir President uffiċjalment.

Fost l-ikbar uġigħ ta’ ras hemm xagħar Trump – kif taqbad tirreplika dak ix-xagħar isfar famuż mad-dinja kollha?

Is-soluzzjoni tibsab fis-suf tal-“yak”; annimal simili għal barri li ssibu fir-reġjun kollu tal-Ħimalaja, fin-Nofsinhar tal-Asja Ċentrali, il-plateau Tibetjan u t-tramuntana tal-Mongolja u r-Russja.

Aqra aktar

Minn immigranta għal First Lady tal-Istati Uniti

Hekk kif illum tħabbret ir-rebħa Presidenzjali tal-Istati Uniti, bosta persuni fuq l-internet qed jiddiskutu mhux biss l-għażla tal-President iżda kif ukoll lit-tielet mara ta’ Donald Trump, Melania Trump, li se tkun qed tieħu post Michelle Obama bħala l-Ewwel Mara tal-Istati Uniti.

Aqra aktar

Id-diskors mistenni ta’ Hillary Clinton

Hillary Clinton tkellmet wara li tilfet kontra Donald Trump biex issir President tal-Istati Uniti tal-Amerka.

Ikkongratulat lil Donald Trump u qalet li tittama li jkun ta’ suċċess. “I’m sorry that we did not win this election” qalet Clinton, filwaqt li sostniet li tħossha kburija u onorata li rrappreżentat lill-poplu Amerikan.

Qalet li tifhem id-diżappunt. “This is painful and it will be for a very long time” qalet bid-dmugħ f’għajnejha. Qalet li xorta waħda temmen fl-Amerka, u għalhekk hemm bżonn jaċċettaw ir-riżultat u jimxu ‘l quddiem. Hemm bżonn li l-poter ikun mgħoddi b’mod paċifiku. Hemm bżonn rispett lejn il-fatt li kulħadd. Il-kostituzzjoni Amerikana titlob il-parteċipazzjoni u għalhekk hemm bżonn li tkompli l-ħidma biex l-ekonomija taħdem għal kulħadd u biex il-ħolma Amerikana tkun possibbli għal kulħadd.

Clinton rringrazzjat lill-poplu Amerikan, lil familtha u dawk kollha li ħadmu magħha.

Aqra aktar

40 midruba – jinqaleb tramm f’Londra

Iktar minn 40 persuna weġġgħu wara li għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu (ħin Malti) inqaleb tramm fl-inħawi ta’ Croydon fin-nofsnihar ta’ Londra.

Rapporti mill-kamra tal-aħbarijiet BBC jikkonfermaw li żewġ persuni għadhom maqbduin ġot-tramm u għaddejja ħidma sabiex dawn jinħelsu mill-iktar fis.

Il-Metropolitan Police f’Londra qalu li dan kien inċident gravi fejn se tingħata prijorita assoluta sabiex jerġa jinkiseb il-kontroll fl-inħawi. Intant ir-Rail Accident Investigation Branch se tibda investigazzjoni fil-ħin li ġej .

Send this to a friend