Internazzjonali – Page 485 – One News

Notifiki

Era ġdida fil-mediċina: tifel bid-DNA ta’ tliet persuni

Twieldet l-ewwel tarbija permezz ta’ metodu ġdid – din it-tarbija għanda parti minn tliet persuni.

Ilum-il ġurnata t-trabija, ta’ sess maskili, għandu ħames xhur. Għandu d-DNA ta’ ommu u missieru, iżda għandu wkoll parti żgħira mill-għamla ġenetika tiegħu minn donatur. Il-ġenituri huma mill-Ġordan, u ħadu l-pass peress li l-omm hija kapaċi tagħmel it-tfal, imma dawn ikollhom kundizzjoni ġenetika li twassal biex it-trabi ma jkollhomx biżżejjed enerġija biex jgħixu. Uħud mietu qabel twieldu, oħrajn ftit wara.

Biex seta’ sar it-tarbija, grupp mediku Amerikan kellu jmur il-Messiku, fejn ir-regoli jippermettu ferm iktar. Esperti jgħidu li din hija era ġdida fil-mediċina, li se tiswa mitqlu deheb lil familji li għandhom kundizzjonijiet ġenetiċi rari fid-DNA tagħhom. Madankollu, il-‘mitochondrial donation’ hija teknoloġija konotroversjali għall-aħħar u anke l-esperti jwissu li hemm bżonn li kull pass ikun ikkontrollat, f’kull ħin.

Miet Shimon Peres

Shimon Peres, li serva bħala Prim Ministru Iżraeljan darbtejn u darba bħala President, miet wara li ġimgħatejn ilu sofra minn attakk f’qalbu.

Huwa kellu 93 sena u kien meqjus bħala missier l-Iżrael. Se jibqa’ mfakkar għall-hekk imsejjaħ ftehim ta’ Oslo fil-bidu tas-snin disgħin, li wasslu biex rebaħ premju Nobel fl-1994, flimkien mal-Prim Ministru ta’ dan iż-żmien Yitzhak Rabin u l-mexxej Palestinjan Yasser Arafat. Kien ftehim li, flimkien ma’ viżjoni ekonomika u koperazzjoni f’oqsma bħat-teknoloġija bejn l-Iżral u d-dinja Għarbija, fasslu dak li tlaqqam bħala Lvant Nofsani Ġdid.

F’ċertu oqsma Peres serva ta’ mudell anke għal pajjiżna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien l-ewwel Prim Ministru Malti li ltaqa’ mal-President tal-Iżrael waqt zjara ufficjali fl-Iżrael, f’Ottubru 2013.

Aqra aktar

Il-Ġenerazzjoni Selfie

 

Jekk qabel, li ddur darek lejn persuna kienet insult, illum sar kumpliment, ġustifikat biss bil-preżenza tal-mobile phone.  Għax jekk iddur u tgħolli l-mobile bil-camera lejk, tfisser li trid tidher flimkien ma’ dik il-persuna. Ritratt li x’aktarx imur fuq Facebook, Tiwtter, Instagram, Snapchat, u mezzi oħra li hemm fid-dinja virtwali.

Dan ir-ritratt ta’ Hillary Clinton ittieħed minn Barabara Kinney u jikxef realtà li meta tħares lejha minn dan l-angola, tinduna li hi xi ftit jew wisq stramba.

 

Splużjoni fi New York tħalli sebgħa midruba

Dar li aktarx kienet tintuża bħala post minn fejn isir it-traffikar tad-droga splodiet bil-Bronx ta’ New York. Mill-inqas seba’ persuni, inkluż ħaddiema tat-tifi tan-nar, sfaw midruba.

L-inċident seħħ ftit qabel is-07:30 ħin tagħhom. Siegħa qabel, ħaddiema tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post minħabba riħa qawwija ta’ gass, u hemm sabu dar ta’ żewġ sulari deskritta bħala ‘laboratorju tad-drogi’.

Ħadet biċċa musrana tar-raġel fuq titjijra lejn l-Awstrija

Mara Marokkina ħadet biċċa musrana tar-raġel mejjet tagħha fuq titjira lejn darhom fl-Awstrija. Qalet li kienet qed tieħu l-kampjun minħabba li tissuspetta li kien ivvelenat. Il-mara, permezz tal-avukat tagħha, qalet li riedet tobba Ewropej jeżaminaw il-kampjun.

Il-mara għandha 35 sena u għadha ma ġietx identifikata b’mod pubbliku, iżda nafu li ippakkjat il-biċċa musrana ta ‘erba’ pulzier fil-bagalji, li ġew ikkontrollati qabel titjira lejn il-belt Awstrijaka Graz, fejn hi u żewġha li kellu 40 sena, kienu jgħixu għal tmien snin.

Aqra aktar

Tiġi f’dubju min hu l-ħanżir

Ħaddiema Spanjoli f’razzett f’El Escobar se jpattu qares wara li atti barbariċi fuq ħnieżer spiċċaw iduru fuq l-internet.

Filmati juru lil dawn il-ħaddiema jagħtu daqqiet ta’ ħadid lil ħnieżer li qed jistennew li jwelldu. Barra minn hekk, ituhom daqqiet bi xwabel kollha sadid u joħorġu l-qżieqeż minn żaqqhom bl-aktar mod moqżież. Wara dan l-att, raġel minnhom jagħmel mossa biex juri x’saħħa għandu, jagħmel siequ fuq ħanżir mejjet u jgħidlu jistrieh fis-sliem.

L-irġiel se jitressqu l-Qorti.

DAN IL-FILMAT FIH KONTENUT GRAFIKU

Aqra aktar

X’qal Sam Allardyce lil reporters taparsi negozjanti

Jingħad li Sam Allardyce qal lil sħabu li qed jibża’ li jitkeċċa wara li qed jingħad li uża r-rwol tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż biex jipprova jieħu vantaġġ finanzjaru u jagħti parir lil negozjanti dwar kif jistgħu iduru madwar regoli ta’ trasferiment ta’ players.

Issa ħareġ filmat li allegatament jurih jagħti pariri kontroversjali lil reporters undercover tal-ġurnal Daily Telegraph, li għamlu tabirruħhom li huma negozjanti minn kumpanija fil-Lvant Nofsani.

Aqra aktar

Send this to a friend