Titjira li telqet minn l-Ajruport ta’ Louisville kellha tiġi kanċellata hekk kif il-mobile Samsung Galaxy Note 7 li kellu passiġġier li kien abbord, sploda.
Aqra aktar

Titjira li telqet minn l-Ajruport ta’ Louisville kellha tiġi kanċellata hekk kif il-mobile Samsung Galaxy Note 7 li kellu passiġġier li kien abbord, sploda.
Aqra aktar
Żewġ uffiċjali tal-Pulizija fi Brussell qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’dak li l-Prosekuturi Belġjani qed jgħidu li jista’ jkun attakk terroristiku. Wieħed mill-uffiċjali qala’ daqqiet ta’ sikkina f’għonqu u l-ieħor f’żaqqu, filwaqt li uffiċjal ieħor li wasal fuq is-sit fejn seħħ il-każ, spiċċa b’imnieħru miksur.
L-aggressur ittieħed l-iSptar b’ambulanza wara li kienu sparati tiri f’saqajh. L-awtoritajiet identifikawh bħala Hicham D – Belġjan ta’ tlieta u erbgħin sena. Kelliem għall-uffiċċju federali tal-prosekutur Belġjan qal li għandhom evidenza li turi li dan huwa attakk terroristiku. Attakk li seħħ viċin triq prinċipjali f’reġjun li diġà għandu rabtiet m’attakki terroristiċi. L-istess attakk seħħ sigħat biss wara li kienu evakwati n-nies fl-istazzjon Brussels Nord wara biża ta’ bomba.
Il-Belġju ilu taħt allert massimu mill-attakki fi Brussell f’Marzu li għadda, liema attakki ħallew ħamsa u tletin persuna mejta u aktar minn tliet mija oħra midruba.
Il-gvern Russu nieda eżerċizzju ta’ taħriġ fuq id-difiża ċivili tan-nazzjon, biex jiżgura il-pajjiż ikun preparat kif jixraq fil-każ tal-użu ta’ armi kimiċi u nukleari, u attakk bioloġiku mill-Punent.
Qiegħda teskala t-tensjoni internazzjonali, b’mod partikolari dwar l-aġir tar-Russja fis-Sirja. L-istazzjon Zvezda TV, immexxi mill-Ministeru Russu għad-Difiża, sostna l-ġimgħa li għaddiet li “skizzofreniċi Amerikani qiegħdin itejjbu armamenti nukleari kontra Moska”.
F’eżerċizzju li beda lbieraħ u li jdum tliet’ijiem, se jkunu nvoluti 200,000 persuna fil-qasam tal-emerġenza u erbgħin miljun persuna ċivili.
Tifla ta’ ħames snin bl-isem ta’ Brooke Blair qiegħda ddur fuq l-internet permezz ta’ filmat li fih tidher tirrabja mhux ħażin mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.
Fil-filmat, li rawh l-eluf fuq YouTube, Brooke tindirizza lil May direttament. “Jisimni Brooke Blair, għandi ħames snin u għandi xi ħaġa xi ngħidlek” tibda l-indirizz tagħha, filwaqt li tgħidilha li għandha tieħu ħsieb l-ammont ta’ persuni foqra li tiltaqa’ magħhom.
Fost il-kummenti dwar il-filmat, hemm min jemmen li t-tifla tista’ tkun qiegħda tintuża għal skopijiet politiċi – ħaġa li ommha Holly Matthews tinsisti li mhux minnu. Qalet iżda li bintha timpressjona ħafna ruħha meta tara persuni mingħajr saqaf fuq rashom.
Tiftakruh ir-ritratt li mela Facebook bil-kliem ‘Je Suis Charlie’, ċioe ‘Jiena Charlie’ wara l-attakk brutali fuq dawk li jaħdmu mar-rivista Charlie Hebdo?
Issa hemm Je Suis ieħor – din id-darba Je Suis Kim. Dan jidher li nħoloq minn segwaċi ta’ Kim Kardashian wara li sfat attakkata u misruqa f’lukanda b’Pariġi. Minkejja l-fatt li qed iduru ħafna artikli online li jiddubitaw kemm l-inċident seħħ fil-verità u ma kienx xi att magħmul apposta biex Kim, li t-talenti tagħha fid-dinja tar-reality TV għamlua miljunarja.
Dan kien l-ikbar studju tat-tip tiegħu, imwettaq fost miljun mara Daniża li għandha bejn il-15 u l-34 sena, li kienu osservati għal 13-il sena.
Riċerkaturi sabu li nisa li jieħdu kontraċettivi b’tipi ta’ ormoni differenti mħallta għandhom 23% aktar possibiltà li jkollhom djanjożi ta’ dipressjoni. Dawk li jieħdu pilloli bil-progesterone biss (il-mini-pill) għandhom 34% ċans li jkollhom dipressjoni.
Żagħżagħ huma fost dawl l-aktar f’riskju ta’ dipressjoni, bi 80% żieda fil-possibiltà ta’ dipessjoni meta jieħdu l-‘pill’. Ir-riżultati huma aktar inkwetanti meta jintużaw alternattivi oħra, bħal coil, patch u ring.
Riċerkaturi nnotaw li tobba għandhom tendenza ferm inqas li jagħtu l-‘pill’ lil nisa li għandhom dipressjoni u nisa li jesperjenzaw dipressjoni waqt li jkunu qed jieħdu din il-pillola aktarx jieqfu jieħduha. Għalhekk aktarx hemm ħafna każijiet fejn seta kien hemm effett negattiv fuq is-saħħa mentali tal-mara, li ma ġewx studjati bir-reqqa.
Tkompli tikber il-biza tal-isfreġju kbir li jista’ jagħmel l-urugan Matthew fil-Haiti hekk kif dan l-urugan qed joqrob aktar viċin l-art.
Aqra aktar
Il-Papa Franġisku uża kliem iebes kontra dawk li skont hu qed jgħallmu lit-tfal biex ikunu trans-gender. Huwa kien qed jindirizza lil ġurnalisti fuq l-ajruplan wara tmiem ta’ żjara li għamel f’Ażerbaijan.
Il-Papa qal li t-teorija tal-ġeneru tista’ tintuża kontra l-għeruq tal-familja. Huwa spjega kif dak mgħallem f’ċertu skejjel jista’ saħansitra jħawwad lit-tfal.
Il-Papa, meqjus bħala bniedem li tul il-pontifikat tiegħu qed ikun tolleranti lejn il-komunità LGBT spjega wkoll li Kristu mhux se jdawwar wiċċu għal persuni li huma omosesswali.
Il-Lira Sterlina tinsab taħt pressjoni kbira wara li r-Renju Unit stabilixxa miri għal meta jrid jibda’ l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-valur tal-munita Ingliża niżel sew meta mqabbel mal-Ewro.
Il-Prim Ministru Theresa May qalet lill-partit konservattiv li Atriklu 50, li jiskatta l-proċess tad-divorzju minn mal-Ewropa, irid jibda jkun implimentat sa mhux aktar minn Marzu. Jiġifieri r-Renju Unit jilaq mill-Unjoni Ewropea sal-2019.
Il-Lira Ingliża hija 0.9% aktar dgħajfa mill-Ewro- ħaġa li ilha ma sseħħ mill-2013. Kontra d-dollaru Amerikan, il-Lira Sterlina niżlet b’0.8%, biex laħqet l-inqas livell minn Awwissu tas-sena li għaddiet.
Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban iddikjara rebħa f’referendum dwar il-kwoti migranti obbligatorji tal-UE, minkejja li l-parteċipazzjoni baxxa li kien maħsub kienu jirrenduh invalidu.
Il-pjan kontroversjali Unjoni Ewropea biex ikunu rilokati 160,000 immigrant madwar id-blokk ifisser li l-Ungerija tirċievi 1,294 persuna li qed ifittxu l-ażil.
Kważi 98% ta ‘dawk li ħadu sehem appoġġjaw t-talba tal-gvern li tirrifjuta l-pjan tal-Unjoni Ewropa. Iżda 43% tal-elettorat ivvot, inqas mill-50% meħtieġ biex ir-referenudm ikun validu.
Send this to a friend