Internazzjonali | One News - Part 482

Notifiki

Qtil ta’ Jo Cox: L-akkużat Jirrifjuta jagħti ismu

Ir-raġel li huwa akkużat bil-qtil tal-Membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Westminster.

Meta mitlub ismu, Thomas Mair ta’ 52, qal li jismu mewt għat-tradituri, ħelsien għar-Renju Unit.

Cox, li kellha 41 sena, inqatlet b’tiri ta’ pistola u daqqiet ta’ sikkina il-Ħamis f’West Yorkshire.

Aqra aktar

Fejn se jsiru l-Olimpjadi?

Xahrejn ‘il bogħod mill-Olimpjadi, l-istat Brażiljan Rio de Janiero ddikjara emerġenza finanzjarja.

Il-Gvernatur proviżorju qal li l-kriżi ekonomika qed thedded li twaqqaf lill-istat milli tonora l-impenji tagħha għall-logħob.

Ħafna mill-fondi pubbliċi għall-Olimpjadi ġew mill-gvern ta’ Rio, iżda l-istat huwa responsabbli għal numru ta’ setturi, bħat-trasport u l-pulizija.

Aqra aktar

Il-Papa Franġisku b’tigra fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku jidher imelles tigra ġewwa l-Vatikan f’avveniment li matulu ltaqgħa ma’ bosta animaturi u ħaddiema taċ-ċirku. Huwa faħħar il-mod ta’ kif dawn l-animaturi jiddedikaw il-wirja tagħhom: “Għal dawk l-aktar fil-bżonn, foqra u li ma għandhomx dar, priġunieri u tfal anqas iffurtunati.”

Aqra aktar

Putin ma jaqbilx

Il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa inġust li l-atleti Russi se jibqgħu projbiti minn kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Olimpjadi ta’ din is-sena f’Rio.

Il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika ddeċidiet li ma tneħħix is-sospensjoni li kienet imposta wara akkużi li kien hemm użu ta’ sustanzi illeċiti appoġjat mill-istat.

Atleti individwi jistgħu jikkompetu bħala newtrali jekk jagħtu prova li mhumix ħatja.

Aqra aktar

Iżjed ġlied u l-Istat Iżlamiku

Il-forzi tal-gvern Iraqi ħadu lura f’idejhom il-maġġoranza ta’ Falluja, wara li din kienet ilha f’idejn l-Istat Iżlamiku minn Jannar tal-2014.

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana Ash Carter qal li għad fadal xi ġlied xi jsir hekk kif l-Istat Iżlamiku għadu jikkontrolla parti sinifikanti tal-belt.

Aqra aktar

Sabet ruħha mdawwra minn 33 raġel

Sitt irġiel u minorenni se jkunu akkużati f’Rio de Janiero bl-abbuż sesswali ta’ tifla ta’ sittax-il sena, filwaqt li ppublikaw ritratti u filmati fuq l-internet.

L-investigatur ewlieni fuq dan il-każ bagħtet l-aħħar konklużjonijiet tagħha lill-prosekuturi, fejn talbithom biex ikunu arrestati s-sebgħa li huma.

Il-vittma qalet li hija sfat drugata wara li marret għand is-sieħeb tagħha, u qamet f’dar differenti mdawwra minn 33 raġel.

Aqra aktar

Wara Franza … l-Italja mal-aħħar 16

It-tim Taljan kiseb postu mal-aħħar sittax hekk kif fl-aħħar ħinijiet tal-partita tagħhom fil-konfront mal-Iżvezja sabu x-xibka permezz ta’ Eder b’gowl mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa l-kbira. Din ir-rebħa tellgħathom fil-quċċata tal-klassifika fi grupp E. Wara Franza, l-Italja kienet it-tieni tim li għamilha mal-aħħar 16.

Cameron u Corbyn jfakkru l-memorja ta’ Jo Cox

Madwar id-dinja, qed jingħataw kondoljanzi għall-mewta tal-membru parlamentari Laburista Ingliża, Jo Cox li tilfet ħajjitha wara daqqa ta’ sikkina u sparatura.

Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron iddeskriva lil Jo Cox bħala waħda mill-aktar persuni li tikkampanja b’kompassjoni. Min-naħa tiegħu, il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn fisser il-mewta tagħha bħala attakk fuq id-demokrazija.Aqra aktar

Miet missieru – se jilgħab biex jonora x-xewqa tiegħu

L-esperjenza tal-kaptan tat-tim Kroat f’EURO2016, Darijo Srna, se tkun waħda li mhu se jinsa qatt.

Il-Ħadd li għadda, il-Kroati – b’Srna fil-grawnd – bdew EURO2016 b’rebħa importanti kontra t-Turkija. Rebħa li għal Srna kellha togħma morra, hekk kif kien mgħarraf li missieru miet. Minnufih mar għall-funeral, imma ma kellux wisq ċans jibki t-telfa, hekk kif illum reġa’ jinsab fi Franza għall-logħba kontra l-Kroazja.Aqra aktar

Send this to a friend