Internazzjonali | One News - Part 481

Notifiki

Ruma għandha l-ewwel sindku mara

Il-Partit Cinque Stelle għamel kisbiet kbar fl-Italja,Virginia Raggi ġiet eletta bħala l-ewwel sindku mara f’Ruma.

Fil-kummenti tagħha Raggi qalet li ser tibda era ġdida wara li rebħet dawn l-elezzjonijiet. “Ser naħdmu biex nġibu lura t-trasparenza fl-istituzzjonijiet.”

Raggi hija avukat ta’ 37 sena,li matul din il-kampanja saret waħda mill-iktar politikanti magħrufa fl-Italja.

Aqra aktar

Ir-ritratti jgħidu storja

Meta nitkellmu dwar l-immigrazzjoni forsi ninsew dak li jkunu għaddew minnu l-immigranti matul il-vjaġġ tagħhom lejn post li jagħti tama ġdida lilhom u lil uliedhom.

Il-gwerrer f’pajjiżi bħas-Sirja u l-Iraq wasslu miljuni ta’ nies biex jiġbru dawk il-ftit affarijiet li jkollhom u jitilqu flimkien mat-tfal tagħhom għal vjaġġ li t-tmiem tiegħu ma jkun jafu ħadd.

A Syrian refugee holds onto his children as he struggles to walk off a dinghy on the Greek island of Lesbos, after crossing a part of the Aegean Sea from Turkey to Lesbos September 24, 2015. REUTERS/Yannis Behrakis/File photo

Aqra aktar

Jittama li Puma ma jagħmlux condoms

L-ebda gowl, iżda erba’ flokijiet mqattgħajn u ballun mifqugħ. L-azzjoni bejn Franza u l-Isvizzera li ntlagħbet Lille l-Ħadd li għadda spiċċat bl-iskor finali ta’ 0-0.

Matul din il-logħba spikkat ir-rabja tal-Isvizzeri għall-materjal tal-flokijiet użat, dan għaliex erba’ mill-istess kits spiċċaw imċartin. Il-winger Xherdan Shaqiri li jilgħab mat-tim Svizzeru instema jgħid: “Nittama li d-ditta Puma ma jipproduċux condoms”

Aqra aktar

Cameron: Jekk tridu noħorġu, imma mhux fuq il-gideb

Appell imqanqal mill-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, meta fl-aħħar siegħat kompla jitkellem dwar għaliex ir-Renju Unit m’għandux joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Fil-filmat li jidher hawn taħt Cameron appella lill-Ingliżi biex joqgħodu fuq il-pariri tal-esperti u sostna li min irid jivvota biex ir-Renju Unit joħroġ għandu jagħmel dan fuq il-fatti reali u mhux fuq il-gideb

Omm issalva lil binha minn ħalq l-iljun

F’Colorado, omm salvat lil binha ta’ ħames snin minn ħalq-il mewt, hekk kif fetħet ħalq il-mountain lion wara li dan kien diġà ħataf lit-tifel. Il-każ seħħ fil-ġnien tad-dar tal-familja, meta l-omm semgħet għajjat kbir u meta ħarġet biex tara x’ġara, sabet lil binha f’ħalq l-iljun.Aqra aktar

Jippjanaw attakk terroristiku

l-pulizija Belġjana arrestat tnax-il persuna f’operazzjoni kbira kontra t-terroriżmu, tliet xhur wara l-attakki fatali fi Brussell.

Il-prosekuturi qalu li dawk li kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt huma suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku. Dawn kienu parti minn grupp ta’ 40 li kienu interrogati.

Aqra aktar

Qtil ta’ Jo Cox: L-akkużat Jirrifjuta jagħti ismu

Ir-raġel li huwa akkużat bil-qtil tal-Membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Westminster.

Meta mitlub ismu, Thomas Mair ta’ 52, qal li jismu mewt għat-tradituri, ħelsien għar-Renju Unit.

Cox, li kellha 41 sena, inqatlet b’tiri ta’ pistola u daqqiet ta’ sikkina il-Ħamis f’West Yorkshire.

Aqra aktar

Send this to a friend