Internazzjonali | One News - Part 479

Notifiki

Ma tistax iċċapċap!

Skola f’Sydney iddeċidiet li t-tfal li jattenduha ma jistgħux iċapċpu. Minflok, għandhom jifirħu fis-skiet, jew inkella jagħmlu wċuħ eċitati, jew inkella jagħtu bil-ponn fl-arja.

Din l-idea stramba ġiet introdotta minħabba studenti li huma sensittivi għal ħoss. Jemmnu wkoll li billi ma jħalluhomx iċapċpu, iwaqqfu ħafna ċalqlieq bla bżonn fil-klassijiet.

Din hija waħda minn serje ta’ miżuri fi skejjel fl-Awstralja li spiċċat fil-mezzi tax-xandir. Skejjel oħra għamluha mhux premessibbli li wieħed jgħannaq lill-ieħor.

Minn jaf kieku dawn jiġru hawn Malta?

Futur imċajpar għall-atleti Russi

Kollox jidher mitmum għall-atleti Russi wara li l-Qorti tal-Arbitru Sportiv iddeċiediet li l-atleti Russi ma jitħallewx jikkompetu f’isem pajjiżhom fl-Olimpjadi ta’ Rio, ix-xahar id-dieħel.

Dan fid-dawl li ntqal li l-atleti Russi kienu għaddejin fuq programm ta’ doping li allegatament kien appoġjat mill-istat.

Aqra aktar

Iddikjarat stat ta’ emerġenza fit-Turkija

Il-President Tork Erdogan iddikjara stat t’emerġenza fit-Turkija għat-tliet xhur li ġejjin.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet falla l-attent ta’ kolp ta’ stat mill-qawwa militari. Meta kien qed jitkellem fil-Palazz Presidenzjali f’Ankara, Erdogan wiegħed li se jkun qed “inaddaf” l-armata.Aqra aktar

Send this to a friend