Internazzjonali – Page 478 – One News

Notifiki

Kieku kienet taf, kienet tfittex l-abort…issa tfittex għad-danni

Koppja Ingliża fittxet lill-NHS għad-danni wara li ma ntebħux li t-tarbija tagħhom kienet se titwieled b’diżbiltà severa.

L-omm, Amanda Mc Guinn, qiegħda tinsisti li kieku kienet taf, kienet tagħmel abort. Hi u żewġha, li għandu 38 sena, qiegħdin ifittxu s-servizzi tas-saħħa, u jgħid li seħħet “wrongful birth”. Dan fil-konfront ta’ binthom Matilda, li twieldet bl-2008 u llum għandha tmien snin, u li għandha microcephaly.

Aqra aktar

Il-Premju Nobel jintrebaħ mill-President tal-Kolombja

Il-premju Nobel għall-Paċi intrebaħ mill-President tal-Kolombja Juan Manuel Santos, għall-isforzi tiegħu biex jintemm il-kunflitt ta’ pajjiżu kontra ribelli estremisti xellugin, li kien ilu 52 sena.

Il-kumitat li jagħti l-premju, bbażat il-Norveġja, faħħar lil Santos għall-ftehim li laħaq ma’ ribelli Farc ix-xahar li għadda, wara erba’ snin ta’ negozjati. Ta’ min jinnota, pero’, li l-poplu tal-Kolombja m’aċċettax dan il-ftehim, f’referdum li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

F’dan il-kunflitt mietu 260,000 persuna u aktar minn sitt miljuni kellhom iħallu djarhom.

 

 

Illum jitħabbar il-premju Nobel għall-paċi

Aktar tard illum fil-kapitali tan-Norveġja se jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi.

Ir-rebbieħ intagħżel minn lista ta’ 376 kandidat – b’228 minnhom individwi u 148  organizzazzjonijiet.

Għalkemm l-isem tar-rebbieħ jibqa’ jinżamm sigriet sal-aħħar, fost il-favoriti qed jissemmew numru t’organizzazzjonijiet, bħall-Syria White Helmets u dawk li nnegozjaw il-ftehim dwar l-armi nukleari fl-Iran.

 

Aktar minn 300 mejta u eluf ta’ djar meqruda

 

L-urugan qattiel Matthew li bħalissa qed jiddomina n-Nofsinhar ta’ Ħaiti, ikkawża l-mewt ta’ aktar minn 300 persuna.

Waħda mill-ibliet ewlenin tal-pajjiż spiċċat bi tmenin fil-mija tal-binjiet meqruda għal kollox, filwaqt li f’belt oħra nqerdu mat-tletin elf dar.

Aqra aktar

Send this to a friend