Internazzjonali – Page 477 – One News

Notifiki

Karta ġdida fil-futbol

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol intużat il-karta l-ħadra, b’Christian Galano ta’ Vicenza li jilgħabu fis-Serje B tal-Italja jkun l-ewwel plejer rikonoxxut b’din il-karta.
Aqra aktar

Kontroversja dwar il-kompetizzjonijiet tal-klieb

Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f’taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita. The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta’ dak imsejjaħ ‘double handling’ minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb.

Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta’ trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta’ suffara jew ġugarell. B’hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt.

Aqra aktar

Trump ikompli jitlef l-appoġġ

Aktar uffiċjali għolja Repubblikani tilfu l-appoġġ tagħhom lejn il-kandidat Presidenzjali Amerikan, Donald Trump wara r-rimarki oxxeni li għadda fil-pubbliku dwar in-nisa.

Minn tal-inqas tnax-il Repubblikan qalu li mhux se jkunu qed jivvuttaw għal Trump minn mindu kienu żvelati l-kummenti ta’ Trump il-Ġimgħa.

Minkejja din il-kritika kollha, Trump qal li huwa qatt mhu ħa jasal jiddisapunta lil dawk li jappoġġjawh u jieqaf mit-tellieqa għall-President.

Fost l-oħrajn, fil-filmat tal-elfejn u ħamsa, Trump qal li lin-nisa tista tagħmlilhom li trid meta tkun ċelebrita, u ftaħar li kien jipprova jaqbad lin-nisa mill-partijiet tagħhom u jbushom.

Allarm f’raħal Ġermaniż

Raħal Ġermaniż jinsab magħluq għal kollox u l-Pulizija qiegħda tfittex raġel armat, li huwa suspettat li kien se jwettaq attakk bil-bombi.

Ir-raħal Chemnitz jinsab imdawwar bil-Pulizija li qiegħdin jissieltu kontra dik imsejjħa bħala theddida serja. Il-Pulizija qiegħda ddur blokka blokka fl-appartamenti, wara informazzjoni li waslitilhom lbieraħ filgħaxija. Daħlet ukoll f’appartament minnhom bil-forza, iżda ma nstabx is-suspettat.

Aqra aktar

Aktar minn 800 mejta – mistennija aktar

In-Nazzjonijiet Magħquda avżat li jridu jgħaddu diversi jiem sakemm ikun stabbilit l-impatt kollu tal-urugan Matthew, hekk kif in-numru ta’ imwiet tela’ għal iktar minn 800.

Din iċ-ċifra rdupjat u jaf tgħola iktar hekk kif gruppi tas-salvataġġ qed jidħlu f’żoni li nqatgħu għalihom minħabba l-maltempata.

Aqra aktar

Send this to a friend