Internazzjonali | One News - Part 476

Notifiki

Corbyn sfiduċjat

Jeremy Corbyn tilef vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.

Sorsi qalu ma’ Sky News li 176 membru parlamentari ivvotaa favur il-mozzjoni filwaqt li 40 ivvotaw kontra. Iżda jidher li kien hemm sforz fl-aħħar tal-perjodu ta’ votazzjoni minn naħa ta’ dawk li jappoġjaw lil Corbyn, li vvotaw fl-aħħar mumenti fil-House of Commons.

Aqra aktar

Hodgson jirriżenja minn kowċ tat-tim Ingliż

Ingilterra 1 – Islanda 2 

L-Ingliżi sofrew l-agħar umiljazzjoni minn meta nqalgħu mill-World Cup fl-1950 mill-Brażil.

L-Islanda ħasdu bi kbir lill-Ingliżi fl-aħħar 16-il minuta tal-Euro 2016. Il-manaġer tat-tim Ingliż Roy Hodgson irriżenja wara t-telfa imbarazzanti kontra team li huwa meqjus in-numru 34 fid-dinja, f’pajjiż b’poplazzjoni ta’ 330,000 ruh biss.

Aqra aktar

L-Azzurri jeliminaw liċ-champions

It-tim Taljan għamilha għall-kwarti finali wara li għeleb lil Spanja, rebbieħa darbtejn infila tal-EURO2016, bl-iskor ta’ 2-0 fl-istadju tal-aħħar 16.

Chiellini sab ix-xibka fit-33 minuta b’Pellè jissiġilla r-rebħa fil-91 minuta. Issa t-Taljani jaffaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti finali.

L-UE tirrifjuta taħdidiet informali mar-Renju Unit

L-Unjoni Ewropea mhux se tkun qed iżomm taħdidiet informali sakemm ir-Renju Unit ma jiskattax il-proċess biex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ wara laqgħa li saret f’Berlin bejn il-mexxeja tal-Ġermanja, Franza u l-Italja.

Sadanittant fir-Renju Unit kompla d-dibattitu dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Proċess li għadu mhux deċiż meta se jibda, imma li qed iġib inċertezza mhux żgħira.Aqra aktar

Konkors dwar l-isbaħ mogħża

Kullħadd b’xortih fid-dinja. Min jiġġudika x-xbejbiet u jiflihom minn rashom sa saqajhom u min jiġġudika l-isbaħ mogħża. Hekk ġara f’raħal fil-Litwanja fejn għadd ta’ mogħoż għaddew minn qalb in-nies u l-ġurija kellha timxi b’reqqa liema bħalha ma’ linji gwida apposta. Finalment kienet il-mogħża bl-isem ta’ Demyte li rebħet dan il-konkors annwali u sidha mar tajjeb ukoll għaliex miegħu ħa bħala premju numru ta’ kejkijiet u vażetti tal-għasel.

Goal li heżżeż l-art!

Litteralment goal li jheżżek. Ir-Royal Observatory of Belgium qed juża t-terminu Goalquake, biex ifisser it-theżżiż li jinħoloq mill-partitarji tal-futbol kull darba li jaqbżu bil-ferħ wara xi gowl. Dan f’riċerka kurjuża ferm li fiha qed jippublika t-theżżiziet irreġistrati fl-istazzjon Uccles fil-Belgju waqt il-logħob tal-futbol tal-istess pajjiż f’EURO 2016.Aqra aktar

Send this to a friend