Internazzjonali | One News - Part 473

Notifiki

Buffon imbikkem

Ma’ tmiem il-partita tal-bieraħ, il-captain tat-tim nazzjonali Talajn Gianluigi Buffon kien imbikkem wara li l-Ġermanja elimant lill-pajjiżu mill-EURO2106 wara l-għoti tal-penalties. Il-gowler, ta’ 38 sena, faħħar il-wirja tat-tim tiegħu u jittamma li jibqa’ jagħti sehmu mat-tim Taljan anke fil-preparamenti għall-edizzjoni tal-World Cup ta’ sentejn oħra.Aqra aktar

L-IS joqtlu 79 persuna f’Baghdad

Minn tal-inqas 75 persuna nqatlu u 100 oħra ndarbu f’żewġ attakki mill-Istat Islamiku f’Baghdad. Fl-ewwel attakk li seħħ is-Sibt, karozza bomba splodiet qrib ristorant u żona kummerċjali fid-distrett ċentrali ta’ Karrada.Aqra aktar

Tkompli t-taqtigħa għal min se jiggverna l-Awstralja

L-Awstralja mhux se tkun taf ir-riżultat tal-elezzjoni federali tagħha għal jiem sħaħ hekk kif mistenni jkompli l-għadd. Dan hekk kif id-distanza bejn il-partiti jidher li se tkun waħda żgħira ħafna.

12 minn 150 siġġu fil-Parlament għadhom dubjużi, bl-għadd tal-voti mistenni jkompli t-Tlieta li ġej.Aqra aktar

Bangladesh b’jumejn ta’ luttu nazzjonali

Bangladesh iddikjara jumejn ta’ luttu nazzjonali għal dawk kollha li ġew maqtula meta l-militanti Islamiċi attakkaw kafeterija fil-kapitali, Dhaka.

Għoxrin ostaġġ, bil-maġġoranza tagħhom barranin, kienu maqtula f’dan l-attakk. Fost dawn, żewġ uffiċjali tal-pulizija u 30 persuna oħra li sofrew xi ġrieħi.Aqra aktar

Send this to a friend