Internazzjonali – Page 471 – One News

Notifiki

Is-Simpsons profetiċi!

Is-Simpsons ġieli kellhom episodji li spiċċaw kienu profetiċi. Imma fuq Donald Trump kellhom raġun bi sħiħ!

Sittax-il sena ilu kienu qalu li Trump kien se jkun President. Fl-episodju “Bart to the Future” li xxandar f’Marzu 2000, kien hemm Trump fil-Presidenza – s’hemm kellhom raġun. Lisa, waħda mill-karattri ewlenin, issir President warajh, u titkellem dwar ħidmietu. Fl-episodju, l-Istati Uniti kellhom ukoll problemi finanzjarji – nittamaw li ma jkollhomx raġun f’dan l-aspett.

Il-moħħ wara l-karattri sofor Matt Groening qal lil The Guardian li dak iż-żmien Trump kien l-aktar għażla assurda li setgħu jitfgħu f’dik il-pożizzjoni.

Aqra aktar

L-ewwel diskors ta’ Trump

“Sorry to keep you waiting, complicated business!”

Hekk beda d-diskors tiegħu Donald Trump. Qal li għadu kemm irċieva telefonata minn Clinton, li kkongratulat lil Trump. Minn naħa tiegħu huwa tagħha l-prosit talli ħadmet b’ħafna ħila.

“Now it’s time for America to bind the wounds of division” qal Trump, filwaqt li talab lil kulħadd jingħaqad.

Qal li issa jixtieq jaħdem ma min ma wrieħx appoġġ, għax din ma kinitx kampanja imma moviment magħmul minn miljuni li jħobbu lil pajjiżhom u jridu futur aħjar.

Aqra aktar

“Morru d-dar”

Hillary Clinton mhux se tkun qed titkellem illejla, filwaqt li l-maniġer tal-kampanja tagħha qal lis-supporters biex imorru lura lejn darhom.

Donald Trump rebaħ is-swing states ewlenin u jinsab fuq quddiem, fit-triq biex isir President tal-Istati Uniti.

Aqra aktar

TRUMP JIBQA’ FUQ QUDDIEM

Fl-elezzjonijiet presidenzjali fl-Amerka, ir-Repubblikan Donald Trump rebaħ l-istati kruċjali ta’ Florida, Ohio, u Carolina, filwaqt li Hillary Clinton rebħet Virginia.

Riżultat finali huwa mistenni ftit iktar tard.

Aqra aktar

DIRETT: TRUMP FAVORIT

Għad baqa’ ftit mhux ħażin biex ir-riżultat ikun wieħed uffiċjali u l-elezzjoni ngħidu li magħluqa iżda l-midja fl-Istati Uniti u l-aġenziji tal-aħbarijiet ewlenin lkoll qed jipproġettaw possibbiltà ta’ rebħa għal kandidat Repubblikan Donald Trump, u telfa għal dik tad-Demokratiċi Hillary Clinton.

L-iktar wara li Trump rebaħ dawk l-istati li kien qed jingħad li jrid jirbaħ bilfors jekk ried li jkollu ċans li jirbaħ l-elezzjoni. Dawn jinkludu Ohio, Flordina u North Carolina.

Sa issa l-uniku kumment minn naħa tal-kandidati kien dak ta’ Hillary Clinton li fi tweet qalet li t-tim tagħha għandu biex ikun kburi. Tweet li kien hemm min iddeskriva bħala ammissjoni li tista’ titlef din l-elezzjoni.

Min se jikseb il-maġġoranza tal-eletturi?

L-elezzjoni Presidenzjali tintrebaħ minn min jirnexxielu jikseb il-maġġoranza tal-eletturi li formalment jaħtru l-President meta jitlaqqa’ l-Kulleġġ tal-Eletturi. L-istorja uriet li fl-aħħar ħames elezzjonijiet li saru, Florida dejjem għażlet il-kandidat li mbagħad sab ruħu fil-White House.

U għalhekk il-kampanji rispettivi użaw ħafna mir-riżorsi tagħhom fuq dan l-istat li flimkien ma’ swing states oħra mistennija jiddeċiedu fejn se tmur l-elezzjoni.

Aqra aktar

L-elezzjoni spjegata

Elezzjoni li kull erba’ snin tiġġenera interess dinji anki għaliex min jiġi elett ma jinħatarx biss President iżda jkun il-Kap Kmandant tal-aktar armata qawwija fid-dinja.

L-Amerka hija magħmula minn ħamsin stat u l-elezzjoni Presidenzjali hi meqjusa bħala waħda indiretta.

Iżda xi jfisser dan?

Aqra aktar

Min huma Hillary Clinton u Donald Trump?

Hillary Clinton twieldet fid-29 ta’ Ottubru 1947 ġewwa Chicago fil-lokalità ta’ Park Ridge Illinois. Għandha 69 sena.Miżżewġa lil Bill Clinton,l-eks president Amerikan.Qed tikkontesta għall-kariga tal-President tal-Istati Uniti f’isem id-demokratiċi.

Aqra aktar

Send this to a friend