Internazzjonali | One News - Part 466

Notifiki

BIL-FILMAT: Jattakka gowler!

Partita futbol fl-Iżvezja kienet abbandunata wara li l-gowler ta’ Ostersund kien attakkat minn partitarju liebes maskra.

Aly Keita spiċċa fl-art b’daqqa ta’ ponn, b’numru ta’ plejers u membri tas-sigurtà jduru mal-aggressur biex jinħareġ ’il barra. Il-partita ġiet abbandunata, bid-delegat tal-partita jkun ikkwotat jgħid li Keita ma kienx f’qagħda li jkompli l-partita. Il-kowċ ta’ Ostersund Graham Potter, eksplejer ta’ West Bromwich Albion, qal li “Kieta jinsab ixxukkjat. Ma jinsabx tajjeb.”Aqra aktar

2% tan-nisa Ċiniżi jużaw it-tampons

It-tampons mhumiex fost l-aktar użati fiċ-Ċina tant li minn stħarriġ li sar irriżulta li 2% biss tan-nisa Ċiniżi jużaw dan il-materjal. Mill-banda l-oħra, 42% tan-nisa Amerikani jużaw it-tampons.

Mill-istess stħarriġ irriżulta li ħafna min-nisa ma kinux familjari mal-mod kif jużawhom, jew ma kinux semgħu bihom qabel.Aqra aktar

Jiċċaqilqu minn Guantanamo Bay

L-Istati Uniti bagħtu 15–il ħabsi ta’ Guantanamo Bay fl-Emirati Għarab Magħquda. Dan huwa l-akbar ammont ta’ nies li kienu qed jinżammu f’Guantanamo Bay u ntbagħtu lura, taħt il-presidenza ta’ Barack Obama.Aqra aktar

British Airways jaqtgħu l-ikel ukoll!

Il-linja tal-ajru British Airways mhux se tibqa toffri ikel lill-passiġieri li jaqtgħu biljetti economy għal titjiriet t’inqas minn tmien siegħat u nofs, l-ikliet se jinqatgħu ukoll għal passiġieri li jivvjaġġaw premium għal titjiriet t’inqas minn seba’ siegħat u nofs.

Aqra aktar

Eks-plejer tal-Furjana mibjugħ għal tletin miljun ewro

Yannick Bolasie li kien plejer tal-Furjana fl-2008 se jkun qed jingħaqad mat-tim ta’ Everton wara li jagħmel it-testijiet mediċi mal-istess tim. Ta’ dan it-trasferiment, Everton, se jħallsu lil Crystal Palace €30 miljun. Dan il-plejer imwieled Franza ta’ 27 sena jilgħab mal-linja u huwa plejer ukoll tat-tim Nazzjonali ta’ Kongo.

Aqra aktar

Bolt jirbaħ il-midalja tad-deheb għat-tielet darba!

Usain Bolt rebaħ il-midalja tad-deheb fil-ġirja tal-100 metru fil-Logħob Olimpiku f’Rio 2016. Il-fenomenu Ġamajkan kiteb l-istorja f’dawn l-olimpjadi wara li sar l-ewwel atleta li rebaħ id-deheb f’din id-distanza f’tlett edizzjonijiet tal-logħob Olimpiku. Il-prestazjoni ta’ dan l-atleta kienet waħda eċċellenti hekk kif rnexxielu jagħmel din it-tiġrija f’9.81 sekonda. Minkejja li t-tluq ta’ Bolt  ma kinx wieħed tajjeb, dan l-atleta xorta waħda rnexxielu jirbaħ. 

L-Amerikan Justin Gatlin daħal fit-tieni post filwaqt li l-bronż intrebħet mill-Kanadiż De Grasse. 

Aqra aktar

Send this to a friend