Internazzjonali | One News - Part 450

Notifiki

DEĊIŻJONI BREXIT… FTIT FATTI  

XI TFISSER ‘BREXIT’? Hija l-kombinazzjoni tal-kelmiet Britain u Exit. M’hijix wisq oriġinali, għaliex ittieħdet mill-kelma Grexit li kienet użata s-sena li għaddiet biex tirreferi għall-eventwalità li l-Greċja toħroġ miż-Żona Ewro.  Din il-mistoqsija bħal oħrajn fosthom dwar min jista’ jivvota, x’inhi l-mistoqsija li rrispondew u għaliex kellu jsir dan ir-referendum fil-filmat hawn taħt.

Aqra aktar

Sigħat qabel il-verdett… Min kienu l-protagonisti tal-kampanja?

Il-kampanja referendarja fir-Renju Unit kienet waħda kkulurita. B’personalitajiet bħal Boris Johnson u Nigel Farage fuq naħa u politiċi ta’ awtorità bħal Prim Ministru David Cameron u l-eks Prim Ministru Gordon Brown fuq naħa oħra, il-poplu Brittaniku kellu ħafna x’jixtarr.

Fil-filmat ta’ hawn taħt inħarsu lejn il-personalitajiet f’din li kienet kampanja li waslet għal waħda mill-ikbar deċiżjonijiet tar-Renju Unit.Aqra aktar

Aktarx qabduh!

L-uffiċjali ta’ Florida jemmnu li qabdu l-kukkudrill li l-ġimgħa li għaddiet, kaxkar tifel ta’ sentejn waqt li kien fis-Seven Seas Lagoon qrib kumpless ta’ Disney f’Orlando. Il-kukkudrill ġie identifikat wara li tqabblu l-marki tas-snien tiegħu ma’ dawk misjubin fuq ġisem it-tifel.Aqra aktar

“Ieqaf jekk jogħġbok, papa’, ieqaf”

Raġel Awstraljan ingħata sentenza ta’ 22 sena ħabs wara li għal 61 darba abbuża mit-tifla tiegħu filwaqt li ipparteċipa u assista f’atti sesswali li hu kien iġiegħel lil bintu tagħmel ma’ irġiel oħra. Dawn l-abbużi saru bejn is-sena 2013 u 2015, jiġifieri għal-sentejn sħaħ li matulhom it-tifla kellha l-eta’ ta’ bejn ħdax u tlettax-il sena.

Din it-tifla kienet tgħix ma missierha wara li l-ġenituri tagħha isseparaw.

Dan il-missier ta’ 42 sena mhux talli abbuża minn bintu hu, talli irranġa biex sitt irġiel oħra jkunu jistgħu jabbużaw minnha wkoll.

Aqra aktar

Pawża qabel tigdem difrejk

Kull sena, mat-tliet miljun persuna jmutu kawża tad-diarrhea u kif probabbilment konxju, l-aqwa mod biex tipprevjeni t-tixrid tal-mikrobi u mard bħal dan huwa billi taħsel idejk ta’ spiss.

F’ħafna postijiet, liġijiet u regolamenti dwar is-saħħa pubblika qegħdin ikunu implimentati sabiex jassiguraw li dawk fis-servizz tal-ikel, iżommu jdejhom indaf.Aqra aktar

Send this to a friend