Internazzjonali – Page 401 – One News

Notifiki

RITRATTI: Pajjiżi differenti jfakkru l-mewt ta’ Kristu b’modi differenti

Illum pajjiżna qed ifakkar il-mewt ta’ Ġesu Kristu. Kristjani minn madwar id-dinja ifakkru din il-ġurnata ta’ niket ukoll. Iżda l-mod ta’ kif ir-reliġjużi jagħtu tislima lil Kristu f’din il-ġurnata hija differenti. F’dawn ir-ritratti wieħed jista’ jara modi differenti ta’ kif pajjiżi madwar id-dinja jfakkru l-mewt tal-Mulej.

Aqra aktar

Ta’ seba’ snin għandha biżejjed esperjenzi koroh biex tikteb ktieb

Bana Alabed, tifla ta’ seba’ snin li bosta drabi ktibna dwarha għaliex kienet tuża Twitter biex taqsam l-esperjenzi tagħha tal-kunflitt fis-Sirja se tippubblika ktieb.

It-tifla rnexxielha tiġbed l-attenzjoni tad-dinja għar-realtà diffiċli li jgħixu ta’ kuljum jesperjenzaw xita ta’ bombi u jaraw quddiem għajnejhom il-qraba u l-ħbieb tagħhom imutu.

Aqra aktar

Malta fost il-ftit pajjiżi fejn hemm nisa jmexxu; bżonn urġenti ta’ aktar

Pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi madwar id-dinja fejn hemm nisa jmexxu. Dan skont rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda li minkejja li pajjiżna miexi fit-triq it-tajba l-mexxejja ta’ stat jew Gvern nisa niżel minn 19 għal 17 fl-2015 madwar id-dinja.

F’pajjiżna għandna rappreżentanti nisa fil-Parlament filwaqt li waħda mill-ogħla figuri tal-pajjiż, il-President, hija ukoll mara.

Ir-rapport jinnota li n-numru ta’ nisa fil-Parlament madwar id-dinja qed jibqa’ baxx. Il-medja ta’ nisa fil-Parlament żdiedet minn 22.6% fl-2015 għal 23.3% fl-2016.

Aqra aktar

Forzi Amerikani jużaw ‘the mother of all bombs’

Forzi Militari Amerikani qalu li niżllu ‘the mother of all bombs’, litterlament l-omm ta’ kull bomba li qatt tniżżlet qabel, fl-Afganistan. Hija bomba ta’ 9,800 kilogramma li tniżżlet fuq mina li tintuża minn militanti tal-Istat Iżlamiku. L-isem tekniku tagħha huwa GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomb, jew aħjar MOAB. Skont il-Pentagon, tniżżlet minn ajruplan Amerikan fil-provinċja Nangarhar.

Din l-aħbar tasal sigħat biss wara li l-Pentagon ammettew attak fl-ajru fis-Sirja qatel 18-il ribell bi żball. Il-forza li ntużat fis-Sirja suppost kellha tkun fuq post partikolari tal-IS, iżda minflok inqatlu fibelli mil-Forzi Demokratiċi Sirjani, li għandhom appoġġ minn Washington.

Ir-raġel li tkaxkar: żewġ sinniet nieqsa, imnieħer miksur u concussion

Jumejn ilu rrapportajna dwar ir-raġel li tniżżel minn titjijra tal-United Airlines b’ċertu saħħa. Issa saru magħrufa l-konsegwenzi tal-mod kif tniżżel mill-ajruplan. Minbarra l-effetti psikoloġiċi, tilef żewġ sinniet ta’ quddiem, imnieħer miksur u kellu concussion.

Bintu qalet li tinsab diżgustata bil-mod li bih trattaw lill-missiera u qed jieħdu passi fil-konfront tal-kumpanija tal-ajru, għall-mod li bih trattat ll Dr David Dao. Huwa ntalab jinżel mit-titjijra għax kienet ibbukkjata żżejjed, jiġifieri kien żball tal-linja tal-ajru. It-tabib Vietnamiż-Amerikan irrifjuta li jinżel għax beda jinsisti li ried imur id-dar jara l-pazjenti.

Aqra aktar

“Qed ngħidlek ħares lejja meta nkellmek” – ir-Russu lill-Ingliż

It-tensjoni kienet kbira waqt diskussjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-appoġġ tar-Russja lejn is-Sirja.

Rappreżentant għal Moska ħataf lid-diplomatiku Ingliż Matthew Rycroft u qallu jħares lejħ meta jitkellem. Iċ-ċanfira tad-deputat ambaxxatur Vladimir Safronkov lil Rycroft saret hekk kif ir-Russja għamlet veto lir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li kkundannat l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja.

In-Nazzjonijiet Magħquda qed jinsistu għal investigazzjoni malajr kemm jista jkun dwar l-attakk li ħataf il-ħajja ta’ 87 persuna.

Il-President Sirjan Bashar-al Assad qal li l-attakki kimiċi minnu kienu mija fil-mija ivvintati u li  ma kien hemm ebda ordni għal attakk.

Aqra aktar

Send this to a friend