Internazzjonali | One News - Part 4

Notifiki

Imut iben Shamima Begum

Iben Shamima Begum miet f’kamp tar-refuġjati fis-Sirja.

Dan qed jingħad minn diversi aġenziji tal-aħbarijiet Ingliżi, li qed iżidu wkoll li qarib tat-tfajla qed jgħid li l-mewt tat-tarbija tat-twelid kien ikkawżat minn deċiżjoni inumana tal-Gvern Ingliż li ma jagħtix ċittadinanza lil Begum.

Shamima Begum ħarbet lejn is-Sirja meta kellha biss 15-il sena biex tifforma parti mill-kalifat terroristiku tal-Istat Iżlamiku.

Dawn l-aħħar ġimgħat it-tfajla, li llum għandha 19-il sena, iddominat l-aħbarijiet internazzjonali b’tentattiv wara ieħor biex tirritorna r-Renju Unit.

Kelliema għall-Gvern Ingliż qalet li għalkemm il-mewt tat-tarbija hija aħbar traġika, il-Gvern kien dejjem wissa kontra l-ivvjaġġar lejn is-Sirja, u se jkompli jaħdem biex persuni mir-Renju Unit ma jivvjaġġawx lejn pajjiżi maħkuma mill-kunflitt biex jissieħbu f’kalifati terroristiċi.

Send this to a friend