Internazzjonali – Page 399 – One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq bi twissija għall-Istati Uniti

Il-Korea ta’ Fuq qed twissi lill-Istati Uniti li se tkun qed tkompli tispara l-missili bħala prova, dan skont uffiċjal maġġuri f’Pyongyang, minkejja l-kundanna internazzjoni u ż-żieda fit-tensjoni military mal-Istati Uniti.

“Se nkunu qed inkomplu nisparaw missili bħala prova kull ġimgħa, xahar u kif ukoll fuq bażi ta’ sena,” qal dan il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Han Song-ryol.

Hu qal li se jkunu qed ilestu għal gwerra jekk l-Istati Uniti tieħu azzjoni militari.

Kmieni lbieraħ, il-Viċi President tal-Istati Uniti, Mike Pence, qal li l-paċenzja strateġika mal-Korea ta’ Fuq waslet fi tmiemha.

Dokumenti juru li fir-residenza tiegħu, Prince kellu għadd ta’ pilloli tal-uġigħ

Għadd ta’ pilloli ta’ l-uġiegħ kienu nstabu fir-residenza tal-kantant famuz mondjali, Prince, ftit wara mewtu s-sena l-oħra, dan skont x’intqal f’dokumenti li ġew ippreżentati fil-Qorti.

Numru minn dawn il-pilloli kellu preskrizzjoni għalihom, iżda mhux fuq ismu. Il-preskrizzjoni kienet imniżżla fuq isem persuni oħra.

Iżda d-dokumenti ppreżentati ma joffru l-ebda evidenza ta’ min kien is-sors tal-fentanyl, il-pilloli li kkawżaw il-mewt ta’ dan il-kantant fil-21 ta’ April tal-2016.

Esperti fil-qasam tal-mediċina kkonkludew li l-artist miet b’aċċident kawża ta’ overdose.

Ħadd ma ġie akkużat bil-qtil ta’ Prince, li miet fl-età ta’ 57 sena.

Arrestat is-suspettat wara l-attakk ta’ San Pietruburgu

Is-suspettat li qed ikun akkużat li kien il-moħħ wara l-attakk li seħħ f’San Pietruburgu ġie arrestat qrib Mosko.

L-attakk li seħħ fil-bidu tax-xahar ħalla erbatax-il persuna mejta u mal-ħamsin persuna midruba wara splużjoni li seħħet bejn żewġ stazzjonijiet taħt l-art fir-Russja

 

Twissija għall-Korea ta’ Fuq

Il-viċi president tal-Istati Uniti, Mike Pence qal li l-era ta’ paċenzja strateġika ta’ pajjiżu mal-Korea ta’ fuq għadda żmienha.

Pence qal dawn ir-rimarki fiż-żona li minnha tneħħiet il-qawwa militari u li taqsam iż-żewġ naħat tal-Korea.

Huwa żar il-Korea t’isfel fost tensjonijiet li kulma jmur qed ikomplu jeskalaw.

Aqra aktar

Ħamsa mejta wara t-tiġrif ta’ ajruplan żgħir

Ħames persuni nqatlu wara li ajruplan żgħir irreġistrat l-Isvizzera ġġaraf f’Tires, fil-punent tal-kapitali Portugiża, Lisbona.

Il-vittmi ta’ dan il-każ kienu l-pilota, tliet passiġġiera u xufier ta’ vettura.

L-ajruplan iġġarraf ftit wara t-tluq tiegħu iżda s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan il-każ.

Daqs dawk kwistjonijiet fid-dinja, u żagħżugħ jagħmel suċċess kbir biċ-CHICKEN NUGGETS

Żagħżugħ Amerikan għamel waħda minn tiegħu. Fuq twitter staqsa lil ditta partikolari tal-fast food jgħidulu kemm irid ikollu retweets sabiex jieħu chicken nuggets b’xejn. Dawn wieġbuh u qalulu li jrid ikollu 18 miljun retweet. Carter Wilkerson ma qatax qalbu. Kiteb appell għal retweets u f’radda ta’ salib laħaq il-miljun. Issa aktarx li din it-tweet tiegħu ssir l-aktar waħdar retweeted fl-istorja ta’ twitter. Taqbeż tweets ta’ politiċi, appelli importanti, ritratti tal-Oscars, u ħafna tweets oħra.

Ara x’taħseb.

Aqra aktar

Bil-filmat: Ixandar il-qtil ta’ anzjan fuq FACEBOOK LIVE

Il-Pulizija ta’ Ohio qed ifittxu raġel li xandar filmat fuq Facebook Live tal-mument meta qatel anzjan innoċenti fi Cleveland u allega li qatel madwar 13-il persuna oħra.

Steve Stephens, ta’ 37 sena, jinsab maħrub f’Ohio wara li ffilmja qtil u xandar dan il-filmat fuq il-midja soċjali l-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-14:00 ta’ wara nofsinhar.

Aqra aktar

Send this to a friend