Internazzjonali – Page 397 – One News

Notifiki

Issib xortiha wara li titħalla għall-mewt f’borża taż-żibel

Lura f’Lulju, ġeru kien misjub marbut f’borża sewda f’Transylvania fir-Rumanija. L-istess ġeru nstab f’kundizzjoni vera ħażina, hekk kif kellu sieq miksura u saħansitra dud li jieklu l-laħam fil-feriti tagħha.

“Naħseb li din il-kelba kienet qalgħet xeba kbira sabiex tinqatel,” qalet Helen Taylor, is-sidt li adottat lil din il-kelba bl-isem ta’ Anora.

Aqra aktar

Għal dawk kollha li jixtiequ jsibu karriera ġdida

Jekk qed taħseb biex tbiddel il-karriera, jaf li x-xogħol ta’ Chengdu Pambassador ikun perfett għalik. Iċ-Chengdu Research Base tat-Tnissil ta’ Pandas Ġgantija, ħolqu l-irwol bl-isem ta’ Chengdu Pambassador, programm li l-għan tiegħu hu li jqajjem kuxjenza dwar pandas ġganti.

Dan l-irwol joffri opportunità lil kull min iħobb il-pandas biex isir “ambaxxatur tal-pandas” għal sena.

Aqra aktar

FILMAT: “Magħmudija tal-ħalib”

Meta s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes mexxa l-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea fil-bini l-ġdid tal-istess kunsill spikkaw il-protesti b’rabta mal-prezz tal-ħalib.
Biex nistgħu ngħidu li l-binja l-ġdida tal-Kunsill kellha “magħmudija tal-ħalib” għax spikkat ix-xena bajda ta’ 1,100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib.

TRAĠEDJA oħra fl-Italja – Jitilfu ħajjithom sitt persuni abbord ħelikopter

Traġedja oħra fl-Italja, din id-darba f’Aquila. Wara t-terremot, il-maltemp u l-valanga li qerdet għal kollox il-lukanda Rigopiano, ħelikopter t’emerġenza ġġarraf propju ftit ‘il bogħod miż-żona fejn bħalissa għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ għall-ħmistax-il persuna li għadhom irrapportati nieqsa wara l-valanga. Is-sitt persuni abbord l-ħelikopter tilfu ħajjithom.

Aqra aktar

FILMAT: Il-mument li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu tliet ġriewi taħt il-borra

Il-ħaddiema tas-salvataġġ fl-Italja salvaw il-ħajja mhux biss tal-bnedmin li nstabu midruba taħt il-borra, wara valanga, iżda anke ta’ tliet ġriewi.

Fost id-dieqa, wara jiem ta’ ħidma u sejbiet ta’ katavri, tispikka s-sens ta’ sodisfazzjoni u tbissima fuq fomm il-ħaddiema li sabu ħajjin dawn il-klieb li kienu ilhom sigħat twal f’kesħa xxoqq il-għadam taħt is-silġ.

Aqra aktar

Send this to a friend