Internazzjonali – Page 395 – One News

Notifiki

FILMAT: Il-mument li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu tliet ġriewi taħt il-borra

Il-ħaddiema tas-salvataġġ fl-Italja salvaw il-ħajja mhux biss tal-bnedmin li nstabu midruba taħt il-borra, wara valanga, iżda anke ta’ tliet ġriewi.

Fost id-dieqa, wara jiem ta’ ħidma u sejbiet ta’ katavri, tispikka s-sens ta’ sodisfazzjoni u tbissima fuq fomm il-ħaddiema li sabu ħajjin dawn il-klieb li kienu ilhom sigħat twal f’kesħa xxoqq il-għadam taħt is-silġ.

Aqra aktar

Trump iffirma biex l-Amerka toħroġ minn ftehim ekonomiku mal-Asja

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva biex pajjiżu joħroġ mill-ftehim ekonomiku li jeżisti bejn l-Istati Uniti u pajjiżi Asjatiċi. Dan il-ftehim li kien ferm imbuttat mill-amministrazzjoni t’Obama kien iffirmat minn tnax-il pajjiż u kien jolqot mal-erbgħin fil-mija tal-ekonomija tad-dinja.

Il-President il-ġdid kien kritika bl-aħrax dan il-ftehim ekonomiku li skontu jmur kontra l-interessi tal-Amerka. Intant Trump ħabbar li se jkun qed jaqta’ b’mod massiċċ it-taxxi fuq kumpaniji li jżommu l-bażi tagħhom fl-Istati Uniti. Trump ħabbar dan waqt li fil-Whitehouse kien qed jiltaqa’ ma diversi sidien ta’ negozji kbar fil-pajjiż.

Aqra aktar

Isib it-tama fi knisja abbandunata

Meta Greg Thomas, raġel ta’ 57 sena, u familtu ngħataw l-aħbar li jistgħu jibdew jippreparaw għall-funeral tiegħu l-unika moment ta’ paċi li seta’ jsib kien li jmur mixja bil-kelba qalb l-għelieqi f’Minnesota.

Aqra aktar

Daqshekk ħwejjeġ maħmuġin wara siegħa gym!

Fl-Ingilterra twieled kunċett ġdid: l-ewwel klassijiet tal-fitness fejn bniedem joqod kompletament għarwien – ħlief għall-papoċċ u forsi sports bra, jekk wieħed iħoss li huma neċessarji.

Hija Helen Smith ta’ 35 sena li ħarġet bl-idea ta’ klassijiet ta’ siegħa, fejn min jattendi jrid ikollu bejn 33 u 70 sena. Jagħmlu minn kollox: jumping-jacks, sit-ups, push-ups u dak li jissejjaħ partner work.

Għal min jitħajjar, biex tattendi trid tmur Southampton. Smith kienet konsulenta fejn jidħol l-ingaġġ tan-nies, iżda hija wkoll membru f’għaqda li tissejaħ British Naturism. Temmen li meta toqod bla ħwejjeġ, tista’ verament turi l-eżerċizzju li qed tagħmel lil min ikun qed isegwi. Vantaġġ ieħor hu li ma jkollokx ħwejjeġ kollha għaraq x’taħseb wara.

Aqra aktar

Iżommu lill-kunjata maqfula f’gaġġa

Anzjana ta’ 92 sena ġiet sforzata li tgħix f’gaġġa mit-tifel tagħha u martu mill-Provinċja ta’ Guangxi fiċ-Ċina.

L-anzjana ġiet miżmuma f’gaġġa żgħira għal diversi snin, fejn ġiet sforzata biex torqod fuq biċċa injama b’liżar wieħed. Hi instabet li ma kinitx tingħata ikel adekwat u ma kinitx mlibbsa sew.

Aqra aktar

FILMAT: Jipprova jbiegħ lil ibnu biex iġib id-divorzju

Ftit tal-jiem ilu filmat li ttella’ fuq is-sit soċjali Facebook wera missier b’tarbija ta’ ħames xhur f’idu jistenna lil stranġier biex ibiegħ lil ibnu.

Wara li uffiċjali tal-Pulizija rawh u ħaduh f’Għassa tal-Pulizija f’Linyi fiċ-Ċina, ammetta li kien se jbiegħ lit-tifel tiegħu biex jixtri karozza lil martu.

L-istess raġel tkellem mal-Pulizija fejn qal li jekk ma jixtrix karozza ġdida lil martu, hi mhux se tkun qed taċċetta li jieħdu d-divorzju u b’hekk iddeċieda li jbiegħ lit-tifel tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend