Internazzjonali | One News - Part 390

Notifiki

Se tiżżewweġ lir-raġel li salvalha ħajjitha

Melissa Dohme, minn Florida, kellha biss 20 sena meta ġiet attakkat mill-eks għarus tagħha fejn ta madwar tlettin daqqa ta’ sikkina u tħalliet għall-mewt. Għall-ewwel ħasbet li qatt m’hu se terġa’ tħobb persuna oħra iżda d-destin kellu xi ħaġa oħra pjanata għaliha.

Aqra aktar

Obama jattakka qabel jitlaq

L-Istati Uniti attakkaw kampijiet tal-ISIS fil-Libja tul il-lejl li għadda. Uffiċjali Amerikani qalu li din il-missjoni, li mistennija tkun l-aħħar waħda, seħħet allajrieda u kienet ordnata mill-President Barack Obama ftit tal-jiem ilu.

Aqra aktar

FILMAT: Djar Taljani minn ġewwa waqt it-terremot

  • Valanga tħalli persuni mejta

Uffiċjali tas-salvataġġ fl-Italja kkonfermaw li mietu għadd ta’ persuni wara li valanga laqtet lukanda. Aktarx li l-valanga hija konsegwenza ta’ terremot li seħħ fl-Italja lbieraħ. Uffiċjali ta’ salvataġġ kellhom lejl ta’ ħidma biex waslu sal-lukanda fuq il-muntanja Gran Sasso fir-reġjun ta’ Abruzzo.

“Hemm ħafna mejta,” qal Antonio Crocetta, il-kap tal-grupp ta’ salvataġġ. Jidher li fil-lukanda kien hemm madwar 30 persuna li ntlaqtu wara li waqa’ s-saqaf tal-lukanda.

Aqra aktar

Terremot qawwi fiċ-ċentru tal-Italja

Terremot qawwi li kejjel 5.4 fuq l-iskala Richter seħħ għall-ħabta tal-10:23 fiċ-ċentru tal-Itajla.

It-terremot inħass minn Lazio f’Abruzzo, Marche u anke Ruma.

Mezzi tax-xandir Taljani qed jgħid li l-aktar zoni viċin tal-epiċentru huma Montereale (3 km bogħod), Capitignano (4 km), Campotosto (9 km), u Amatrice (9 km). Din tal-aħħar hija l-aktar belt li ntlaqtet minn terremoti dan l-aħħar.

Infatti l-epiċentru tat-terremot huwa fl-istess zona li fiha seħħ terremot qawwi ieħor nhar l-24 ta’ Awwissu. Dakinhar, terremot li kejjel 6.2 qatel mill-inqas 299 persuna.

 

Żball oħxon u gravi ħafna

Żball oħxon minn ajurplani militari Niġerjan, hekk kif ibbumbardja kamp ta’ refuġjati f’Rann u qatel minn tal-inqas tnejn u ħamsin persuna.

Fost il-mejtin hemm ħaddiema tal-għajnuna, bl-organizzazzjoni Salib l-Aħmar tgħid li sitta mill-impjegati tagħha nqatlu. L-aġenzija Tobba Mingħajr Fruntieri qalet li iktar minn mitejn persuna weġġgħu u appellat għall-għajnuna bl-evakwazzjonijiet.

Il-President Niġerjan, li l-armata tiegħu qed tiġġieled kontra l-militanti tal-Boko Haram, qal li kien ixxukjat b’dan u appella għall-kalma.

Koppja tingħata kumpens ta’ €30,000 wara malafama fuq Facebook

Koppja Irlandiża ingħatat kumpens ta’ €30,000 wara li l-ġar tagħhom għamlilhom ħsara fuq Facebook.

Anthony Downes kiteb posts foloz dwar Patricia Barnett u r-raġel tagħha Paddy Murphy, għall-ebda raġuni partikolari. Il-koppja ressqu każ ta’ defamazzjoni fil-qorti ċivili ta’ Letterkenny Circuit. Downes, li ma deherx fil-qorti, ammetta l-azzjonijiet tiegħu u qabel li jagħmel apoloġija bla riżervi lill-koppja.

Patricia Barnett, tabiba tas-saqajn, qalet li bilkemm tafu u li ma tistax tifhem għala infexx jattakka lilha u lin-negozju tagħha fuq numru ta’ paġni fuq Facebook. Downed akkuża lir-raġel tat-tabiba li kellu relazzjoni ma mara oħra, u li ddeskriva lilha bħala mara li għandha piż żejjed u li l-eżerċizzju li qed tagħmel mhux jaħdem.

Aqra aktar

Tarbija ta’ tlieta

Koppja li kienet infertili fl-Ukrajina twelditilha tarbija permezz tal-proċess IVF bejn tlett persuni.

Il-gazzetta Ingliża The Times irrappurtat li t-tobba fi Kiev użaw metodu jismu pronuclear transfer. Metodu li ntuża l-ewwel darba fid-dinja. Madanakollu, dan mhux l-ewwel wild li twieled bid-DNA ta’ tlett ġenituri.

Dan hekk kif wild ieħor twieled b’metodu kemmxejn differenti s-sena l-oħra fil-Messiku. It-team fi Kiev iffertilizzaw il-bajda tal-omm mal-isperma tal-partner tagħha.

Aqra aktar

Antonio Tajani l-President tal-Parlament Ewropew

Antonio Tajani kien elett President tal-Parlament Ewropew fejn se jkun is-suċċessur ta’ Martin Schulz.

Tajani, li ġej mill-Partit tal-Popolari Ewropew kien favorit sa mill-bidu, iżda ftehim bejn il-Popolari Ewropej u l-Liberali, li rtiraw lill-kandidat Guy Verhofstadt, issiġillaw ir-rebħa tiegħu biex se jmexxi l-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Is-soċjalisti Ewropej kellhom lil Gianni Pitella bħala kandidat għal din il-kariga, filwaqt li kandidati oħra li kienu ġejjin minn gruppi iżgħar deher sa mill-bidu li ma kellhomx ċans li jkunu eletti.

Il-vot fil-Parlament Ewropew kien wieħed sigriet.

Send this to a friend