Internazzjonali – Page 389 – One News

Notifiki

Inqatlu waqt li kienu qed ixandru ‘live’ fuq ir-radju

Tliet irġiel kienu arrestati wara li żewġ ġurnalisti nqatlu waqt li kienu qed ixandru b’mod dirett fuq ir-radju.

Il-każ seħħ fid-Repubblika Dominikana, u wieħed mill-ġurnalisti kien qed jiffilmja x-xandira fuq Facebook Live meta nqatel.

Fil-filmat jidher ix-xandira mwaqqfa ħesrem u mara twerżaq li kienu sparati tiri. Il-vittmi kieu Luis Manuel Medina u Leo Martinez.

Hawn jidher wieħed minnhom jitkellem waqt li nqatel sieħbu, lejn l-aħħar tal-filmat.

Aqra aktar

Eks striker ta’ Sunderland jgħidulu li xagħaru “MHUX ETIKU”

L-eks striker ta’ Sunderland Asamoah Gyan huwa wieħed minn grupp ta’ 40 player li qalulhom li għandhom ‘xagħar mhux etiku’. Dan skont il-linji gwida tal-assoċjazzjoni tal-football tal-Emirati Għarab Magħquda.

Il-player ta’ 31 sena mill-Ghana jinsab misluf lit-team Al Ahli.

Din mhix l-ewwel darba li ġrat xi ħaġa hekk. Fl-2012, il-goalkeeper tal-Għarabja Sawdija Waleed Abdullah kellu jirranġa xagħru għax ma kienx ‘Iżlamiku’. Kien ir-referee li qallu jirranġah qabel lagħab għall-Al Shabab. L-isti mohawk totalment mhux aċċettat minn din il-kultura.

Meta l-bullying ikun estrem

Il-familja ta’ tfajjel fl-Ingilterra ippubblikat ritratti xokkanti ta’ binhom ta’ 15-il sena.

It-tifel kien nieżel minn karozza tal-linja, fi triqtu lejn id-dar mill-iskola, meta safa attakkat, bir-riżultat ikun wiċċ minfuh u kollu demm. Ħabiba tal-familja użat Facebook biex ippubblikat ir-ritratti u talbet għall-għajnuna, bil-kliem: ‘Please, if anyone saw anything please tell the police.’  u ‘I’m sharing this with his mum’s permission.’

Il-Pulizija wkoll qed tappella biex min għandu informazzjoni dwar l-attakk li seħħ fid-dawl tax-xemx f’South Wales, jitkellem. Ġuvni ta’ 17-il sena kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ estrem ta’ bullying.

Aqra aktar

Qattiela LOL!

Stampi tas-CCTV juru mara suspettata li hija dik li qatlet lil Kim Jong-nam f’ajruport fil-Malażja.

Hu maħsub li kien ħuh, id-ditattur Kim Jong-un, li bagħat lil din il-mara biex toqtlu. L-ironija hi li fuq il-flokk kellha l-ittri LOL – li jfissru ‘laugh out loud’. Abbli m’hi kumbinazzjoni xejn però, għax Kim Jong-nam darba qal li t-tmexxija ta’ ħuh hija farsa.

Ta’ 46 sena, Kim Jong-nam kien maqtul minn żewġ nisa li żammewlu maktur bil-velenu ma’ wiċċu.

Tifel ta’ 10 snin imut wara li waqgħat biċċa għamara fuqu f’Topshop

Tifel ta’ għaxar snin inqatel wara li waqgħat biċċa għamara tal-vetrina fuqu f’ħanut tal-ħwejjeġ.

Il-każ seħħ fl-Ingilterra u l-vittma huwa Kaden Reddick ta’ għaxar snin. Huwa kien fil-ħanut Topshop flimkien ma zitu, meta sofra ġrieħi li ħallewh mejjet. Dan il-ħanut jinsab fl-Oracle Shopping Centre ta’ Reading. Kien qed igawdi l-ewwel jum tal-btajjel ‘half-term’, u spiċċa tilef ħajtu.

Aqra aktar

Maqtul ħu Kim-Jong-un permezz ta’ biċċa ċaruta fl-ajruport

Ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un, li jismau Kim Jong-nam, inqatel f’attakk fil-kapitali tal-Malażja, Kuala Lumpur. Il-Pulizija tal-Malażja qalet li kien qed jistenna fl-ajruport għal titjijra lejn Macau lbieraħ, meta mara għattietlu wiċċu permezz ta’ biċċa drapp, u ħarqitlu għajnejh. Huwa kien qed juża passaport b’isem falz.

Kim Jong-nam, li jiġi ħu Kim-Jong-un biss minn naħa tal-missier, kien ħarab mill-Korea ta’ fuq wara li ma kienx ikkonsidrat biex imexxi l-pajjiż. Hu mifhum li d-drapp li użat il-mara qattiela kellha xi forma ta’ likwidu fiha.

Timmaġinak tirkeb drone biex tivvjaġġa?

Drone li jġorr in-nies se jkun qed jibda “jopera b’mod regolari” f’Dubai minn Lulju li ġej, dan tħabbar mill-Kap tal-Aġenzija tat-Toroq u t-Trasport ta’ Dubai waqt l-World Government Summit.

Il-mudell Ċiniż bl-isem ta’ eHang 184 kien diġà għamel titjiriet bħala prova, fejn jiflaħ iġorr persuna waħda b’madwar 100kg bħala piż għal titjira ta’ 30 minuta.

Aqra aktar

Tmut omm Tom Cruise fl-età ta’ 80 sena

 

Omm l-attur famuz mondjali, Tom Cruise, mietet fl-età ta’ 80 sena, dan tħabbar ilbieraħ minn rappreżentant għall-attur.

Mary Lee South mietet waqt li kienet rieqda l-ġimgħa li għaddiet, u l-familja tagħha kollha attendew għall-funeral tagħha li sar fil-knisja tas-Scientology.

Aqra aktar

Anke ta’ X-Men ikollhom il-kanċer

L-istilla minn X-Men, l-attur Hugh Jackman ħabbar li kellu s-sitt kanċer fil-ġilda mneħħi.

Ħabbar lill-għaxar miljun segwaċi tiegħu  li kellu ‘basal cell carcinoma’ oħra. Stqarr li huwa grazzi għat-testijiet frekwenti li jagħmel u t-tobba bravi li qed jara li jinsab tajjeb. Kellu appell importanti ħafna: użaw dejjem il-protezzjoni kontra x-xemx.

Aqra aktar

Ma riditx temmen li kellha tifel wara li welldet waqt li kienet f’koma

L-istint tal-omm mall-ewwel jibda jinħass dan hekk kif omm twelled tkun trid li żżomm lit-tarbija f’idejha. Iżda dan ma kienx il-każ għal omm ġidida bl-isem ta’ Danielle Johnson, li kellhom jgħaddu tleit xhur sakemm aċċettat li żżomm lil binha f’idha. L-omm sabitha diffiċli li taċċetta li iben wara li welldet waqt li kienet f’koma.

Johnson li għandha 24 sena kienet se twelled ħames ġimgħat kmieni wara li spiċċat ma tiflaħx serjament u t-tobba ma kellhomx għażla oħra ħlief li jpoġġuha f’koma.

Aqra aktar

Send this to a friend