Internazzjonali | One News - Part 385

Notifiki

FILMAT: “Ħalluh jegħreq”

“Ħalluh jegħreq” – Din kienet ir-reazzjoni ta’ dawk li raw immigrant mill-Afrika jegħreq fil-Grand Canal, Venezja. Quddiem xena ta’ niket bħal din turisti u nies tal-lokal ġibdu filmati ta’ dak li huwa maħsub suwiċidju bil-mobile tagħhom.

Aqra aktar

Tibdil fil-liġi dwar l-armi tan-nar

Il-Kumitat għas-Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur nhar il-Ħamis approva l-ftehim proviżorju mal-Kunsill dwar Direttiva riveduta tal-Unjoni dwar l-armi tan-nar.

Il-liġi riveduta ssaħħaħ il-kontrolli fuq armi intenzjonati li ma jisparawx munizzjon u fuq armi li mhumiex diżattivati kif suppost, bħal dawk li ntużaw fl-attakki terroristiċi ta’ Pariġi.

Aqra aktar

Trump favur li t-terroristi jiġu ttorturati

Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti qal li jrid jiġġieled it-terroriżmu permezz tat-tortura. Huwa jaqbel li t-tortura, speċifikament il-waterboarding terġa’ tiġi legali fl-Istati Uniti għax jemmen li hekk biss tista’ tiġi indirizzata din il-problema.

Aqra aktar

Ħadd ma jemmen li tewmin!

Tewmin minn Quincy f’Illinois, għadhom kif fixklu lil bosta persuni fuq l-internet, dan wara li l-ġenituri tagħhom kitbu li huma tewmin minkejja li ma jixtibħux.

Skont il-midja barranija, il-BBC qalu li hemm ċans li 1 minn 500 koppja interrazzjali jkollhom tfal b’karnaġġjon differenti.

Il-ġenituri tat-tewmin Kalani u Jarani Dean qalu li qatt ma stennew li se jkollhom tewmin b’karnaġġjon differenti minkejja li ommhom hi ta’ karnaġġjon bjond u l-missier hu Afrikan-Amerikan.

FILMAT: Jipprotestaw ma’ krejn

Grupp ta’ persuni ddeċidew li jipprotestaw bl-aktar mod perikoluż billi jiddendlu ma’ krejn f’Washington D.C., kmieni dalgħodu.

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Washington D.C. ħarġu stqarrija fejn qalu li dan l-att huwa wieħed perikoluż u filwaqt li kulħadd għandu dritt isemma’ leħnu, m’għandux jieħu sehem f’attivitajiet li jipperikolawlu ħajtu.

Aqra aktar

Send this to a friend