Internazzjonali – Page 384 – One News

Notifiki

Imut Roger Moore, jew aħjar James Bond

L-attur Roger Moore miet fl-età ta’ 89 sena. Statement fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter jaqra hekk:

“With the heaviest of hearts, we must share the awful news that our father, Sir Roger Moore, passed away today. We are all devastated.”

Moore ħadem f’seba’ films ta’ James Bond u kien żar pajjiżna kemm għal btajjel u kemm għall-ġbid ta’ films bħal Shout at the Devil. 

AĠĠORNAT: 19-IL PERSUNA MEJTA WAQT KUNĊERT TA’ ARIANA GRANDE F’MANCHESTER

02:17: Il-Pulizija ta’ Manchester ikkonfermaw permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li s’issa ġew ikkonfermati 19-il persuna mejta u madwar 50 persuna oħra midruba.

Ġie kkonfermat ukoll li dan il-każ qed jitqies bħala attakk terroristiku.

02:02: Għadu mhux magħruf jekk dan kienx attakk terroristiku iżda l-awtoritajiet m’huma qed jeskludu xejn.

S’issa għadu mhux ikkonfermat kemm hemm persuni li tilfu ħajjithom iżda qed jingħad li x’aktarx hemm aktar minn għaxar persuni.

01:53: Filmat meħud minn kamera li kienet f’vettura juri l-mument li seħħet l-isplużjoni fejn għalkemm il-vettura ma kinitx viċin, wieħed xorta waħda jista’ jisma l-ħoss u kif ukoll jidher fuq in-naħa tax-xelug li fl-istess ħin tal-ħoss jidher tip ta’ ‘dawl’,

01:50: Huma diversi persuni li bħalissa qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku fuq Twitter sabiex jgħaddulhom kull informazzjoni li wieħed jista’ jkollu dwar membri tal-familja tagħhom li kienu waqt il-kunċert u ma jafux x’ġara minnhom.

01:41: Fuq post bħalissa waslu l-Bomb Disposal Unit.

01:37: Residenti f’Manchester qed joffru l-għajnuna tagħhom billi qed jiftħu l-bibien tar-residenza tagħhom għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għandhom bżonn l-għajnuna wara li seħħet din l-isplużjoni.

Numru ta’ taxis qed joffru servizz b’xejn lil dawk kollha li għal xi raġuni ma jistgħux jaslu d-dar minħabba dak li ġara.

01:34: Il-Pulizija ħarġet appell biex kemm jista’ jkun ħadd ma jersaq lejn iż-żona milquta.

Huma bosta li bħalissa qed jappellaw lill-ġenituri ta’ dawk it-tfal li kienu waqt il-kunċert biex imorru fil-lukanda bl-isem ta’ Holiday Inn hekk kif għadd ta’ tfal ittieħdu hemm.

Aktar Qabel: Splużjoni li seħħet ftit tal-ħin ilu f’Manchester Arena f’Manchester l-Ingilterra, fejn kien qed isir kunċert mill-kantanta rinomata Ariana Grande, ħalliet numru ta’ persuna mejta u diversi oħra midruba.

Il-Pulizija qalu li bħalissa qed jirrispondu għal diversi rapporti li qed isostnu li seħħet splużjoni u li kienn hemm numru ta’ persuni kkonfermati mejta u diversi oħra midruba.

Persuni minn fuq il-post irrakkantaw mal-midja barranija li “kif konna se nitilqu mill-istabbilment smajna splużjoni kbira u kulħadd beda jiġri u jgħajjat.”

Manchester Arena hi meqjusa bħala l-ikbar Arena fl-Ewropa u fetħet il-bibien tagħha lura fl-1995. L-istess arena tilqa’ madwar 21,000 persuna, dan skont is-sit tal-istabbilment.

Aqra aktar

Jitressqu dawk ‘responsabbli’

Fit-Turkija kienu interrogati l-mitejn u għoxrin suspettat wara l-attentat l-kolp ta’ Stat fis-sajf li għadda, kollha kemm huma jkunu uffiċċjali militari.

Il-folla li nġabret biex tara lill-akkużati jitresqu ġewwa Ankara kellhom biss kliem dispreġjattiv għalihom- tant li kien hemm min qal li ħaqqhom il-piena tal-mewt, iżda l-liġi Torka ma tippermettix li dan isir.

Aqra aktar

Taqa’ parti mill-Muntanja Everest

Aspett famuż tal-Muntanja Everest waqa’, u potenzjlament għamel l-ogħla ponta fid-dinja iktar perikoluża biex tintleħaq.

Nies li jitilgħu mal-muntanji qalu li l-Hillary Step spiċċat vittma tat-terremot devastanti tan-Nepal fl-elfejn u ħmistax.

Aqra aktar

Joħorġu jipprotestaw fl-Afrika t’Isfel f’isem nisa u tfal abbużati

Mijiet ta’ dimostranti, il-maġġoranza tagħhom irġiel, ħarġu fit-toroq tal-kapital tal-Afrika t’Isfel, Pretoria, jipprotestaw minħabba ż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal.

Wieħed mill-organizzaturi, Kholofelo Masha, qal li l-irġiel kellhom jieħdu responsabbiltà kollettiva dwar iż-żieda ta’ każijiet ta’ swat, attakki sesswali u kif ukoll qtil.

Aqra aktar

Lura ma’ familthom wara tliet snin maħtufa

Grupp ta’ tfajliet li nħelsu mill-militanti tan-Niġerja, Boko Haram, sa fl-aħħar ingħaqdu lura ma’ familthom.

It-82 tifla, li kienu parti mill-grupp kbir ta’ tfajliet li nħatfu mill-iskola lura fl-2014, kienu qed jinżammu mis-servizzi tas-sigurtà fil-kapital ta’ Abuja.

Aqra aktar

Send this to a friend