Internazzjonali | One News - Part 383

Notifiki

Schulz il-kandidat kontra Merkel

Il-mexxejja tal-Partit Soċjali Demokratiku tal-Ġermanja nnominaw lill-eks President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, biex jikkontesta kontra l-Kanċillier Angela Merkel fl-elezzjoni nazzjonali ta’ Settembru li ġej.

Din id-deċiżjoni se tiġi fformalizzata f’konferenza speċjali fis-19 ta’ Marzu.

 

Il-Qorti Amerikana twaqqaf l-ordni li ffirma Trump

Il-Qorti Amerikana waqqfet temporanjament l-ordni ffirmata minn Donald Trump, biex ċittadini minn seba’ pajjiżi Musulmani jitwaqqfu milli jidħlu fl-Istati Uniti.

Deċiżjoni li ttieħdet fid-dawl tal-protesti li segwew fi ftit sigħat biss minn meta daħlet fis-seħħ, b’mijiet ta’ persuni jinġabru f’ajruporti fl-Istati Uniti u jsemmgħu leħinhom.

Aqra aktar

Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li r-Renju Unit se jtejjeb ir-relazzjonijiet ta’ negozju mat-Turkija wara li saru diskussjonijiet mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li t-Turkija hija ħabiba antika ta’ pajjiżha, iżda hemm potenzjal biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħu.

Aqra aktar

Bir-ritratti: Il-qattusa b’espressjoni partikolari

Qatt kien hemm ġurnata fejn spiċċajt b’espressjoni fuq wiċċek li qishek qed tistħi, wara li bejnek u bejn ruħek tibda taħseb fuq mument imbarazzanti? Maisey hekk jiġrilha!

Maisey, qattusa tar-razza Scottish Fold, għandha ħarsa fuq wiċċha li tħares meta tħares dejjem qisek għadek kif qbadtha taħseb fuq mument tal-mistħijja.

Dawn huma ftit ritratti ta’ din il-qattusa ċkejkna tant gustuża:

Aqra aktar

72 sena mit-tmiem tal-Olokawst

Is-27 ta’ Jannar, 1945. Militanti Nazisti sofrew attakk mill-alleati fil-kamp tal-kontreċament Auschwitz.

B’Hekk dan il-jum  jibqa’ mfakkar madwar id-dinja bħala Holocaust Memorial Day, fejn f’qalb iċ-ċittadini ikun hemm l-erwieħ ta’ kull min kellu jsofri l-mewt fil-kmamar tal-gas fil-kampijiet ta’ konċentrament mifruxa madwar l-Ewropa fi żmien il-ġenoċidju ta’ Adolf Hitler.

Aqra aktar

Żewġ persuni jitilfu ħajjithom waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Awstralja

Iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru Jum l-Awstralja spiċċaw fuq nota ħażina hekk kif żewġ persuni tilfu ħajjithom meta ġġarraf ajruplan żgħir li kienu qegħdin fih, propju biex jiċċelebraw l-istess ġurnata.

Il-vittmi huma l-bdot ta’ tnejn u ħamsin sena – missier ta’ tlett’itfal, u s-sieħba tiegħu ta’ tletin sena. L-ajruplan iġġarraf fi xmara li tinsab fil-Punent ta’ Perth.

Ċelebrazzjoni annwali ta’ spettaklu pirotekniku li kellha ssir ftit tal-ħin wara, u li ssoltu tiġbed lejha aktar minn tliet mitt elf spettatur, tħassret mall-ewwel. Il-Pulizija Awstraljana qalet li l-kawża tal-inċident għad trid tkun stabbilita.

Send this to a friend