Internazzjonali – Page 379 – One News

Notifiki

Fid-29 ta’ Marzu tibda t-triq ‘il barra għar-Renju Unit

Se jkun fid-29 ta’ Marzu li r-Renju Unit jitlob li jidħol fis-seħħ Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jarah jibda t-triq biex ma jibqax membru. 

r-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, Sir Tim Barrow, informa b’dan lill-Unjoni Ewropea t-Tnejn filgħodu fejn qal li wieħed għandu jistenna l-ittra ta’ May f’dik id-data. Jidher li qabel tibgħat l-ittra May trid tmur l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja. 

David Davis, li fil-Kabinett ta’ May huwa responsabbli minn Brexit, qal li dawn se jkunu l-iktar negozjati importanti għall-pajjiż f’ġenerazzjoni.

Qabel inqatlet bi flixkun tal-birra, aktarx stuprawha grupp ta’ rġiel

Danielle McLaughlin, li nstabet mejta f’Goa, kienet stuprata minn grupp ta’ irġiel u maqtula permezz ta’ flixkun imkisser tal-birra. Dan qed jgħidu avukat tal-familja. Fi żvilupp drammatiku, kelliem għall-familja qal li s-suspettat ewlieni, Vikat Bhagat, ma setax wettaq il-qtil u l-istuprar waħdu. Bhagat, li għandu 23 sena, deher il-qorti fuq 20 akkuża separata. Huwa diġa ammetta l-qtil lill-Pulizija, u qal li qatilha wara li attenda festival u kien xurban. Ċaħad li stupra lit-tfajla ta’ 28 sena u qal li kienu f’relazzjoni każwali.

Aqra aktar

Minn omm u iben għal missier u bint

Għal aktar minn sentejn, missier u bint qasmu l-istorja tagħhom dwar kif bidlu s-sess minn omm u iben.

Eric Maison, li għandu 39 sena, beda t-transizzjoni b’mod soċjali biex jinbidel u jiġi ta’ sess maskili fis-sena 2015, dan wara li bintu Corey ta’ 15-il sena bdiet it-trattament tal-ormoni biex issir tfajla.

“Il-kuraġġ li għandha Corey għenitni biex naċċetta u noħroġ li jien transesswali,” qal Maison li hu residenti f’Michigan.

Aqra aktar

FILMAT: passiġġieri jitolbu flimkien għax jaħsbu li l-ajruplan se jiġġarraf

Min jibża’ mill-ajruplani aħjar ma jaqra xejn.

Madanakollu filmat ta’ passiġġieri jitolbu flimkien qed idur dawra sew mal-internet. Titjijra minn London Stansted kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Amsterdan, wara li l-Boeing 767 beda jitlef il-pressa fil-kabina u dawk abbord kellhom jilbsu l-maskli tal-ossiġnu sakem il-ajruplan niżel f’Schipol. Kellha tkun titjijra lejn Rzeszow, fil-Polonja, fejn ħafna minn dawk Lhudin abbord kellhom pellegrinaġġ pjanat. Fil-filmat jinstemgħu jkantaw qabel l-ajuplan jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Aqra aktar

Lesti jagħtu evidenza dwar ir-rabtiet bejn Trump u r-Russja

Żewġ Kapijiet mis-sezzjoni tal-inteliġenza sigrieta tal-Istati Uniti lesti li jixdhu quddiem il-Kungress dwar possibilitajiet ta’ rabtiet bejn ir-Russja u l-kampanja elettorali tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Huma lesti li jindirizzaw id-dikjarazzjoni mingħajr bażi li għamel Trump, fejn qal li Obama għamel spjunaġġ ta’ telefonati fuq il-linja tiegħu.

Aqra aktar

Jintensifikaw l-attakki f’Damascus

Forzi tas-Sigurtà Sirjana kienu involuti f’battalja mill-ikbar kontra r-ribelli li qed jokkupaw żoni fl-inħawi ta’ Damascus.

Kienu r-ribelli li sparaw numru ta’ rockets li spiċċaw fil-qalba tal-kapital bħala attakk li sejħulu bħala wieħed ‘sorpriża’.

L-attakk beda kmieni l-Ħadd filgħodu permezz ta’ karozzi bomba u kif ukoll bombi suwiċida. Il-midja qed issostni li l-istess ribelli għamlu użu minn xi passaġġi taħt l-art li kienu sigrieta.

Aqra aktar

Ippreparat ruħha għal STUPRU u MEWT

Ippreparat ruħha għax ħasbet li kienu se jistuprawha u wara joqtluha. Hekk qalet Kim Kardashian, meta provdiet dettalji dwar it-tlieta ta’ Ottubru 2016. Jum li se tibqa’ tiftakru, għaliex insterqula ġojjelli b’valur ta’ $10 miljuni, inkluż ċurkett tal-għerusija ta’ 20 karat, minn appartament fejn kienet qed toqod f’Pariġi.

Iċ-ċelebrità ta’ 36 sena provdiet dettalji ta’ dak li ġara. Qalet li l-ħallelin daħlu fl-appartament, wieħed qabadha minn saqajha u kienet liebsa biss dressing gown. Eżatt fil-punt meta ħasbet li kienet se tkun stuprata, ma ġarax hekk. L-agressur minflok rabtilha saqajha flimkien bit-tape u żamm pistola ippuntata lejha. Dak il-ħin ħasbet li ħajjitha kienet se tintemm u bdiet taħseb xi trawma se tgħaddi minnha oħtha Kourtnet ladarba ssibha mejta.

Sbatax-il persuna kienu arrestati b’rabta mas-serqa.

Send this to a friend