Internazzjonali – Page 377 – One News

Notifiki

Jinħass terremot ta’ qawwa 6.3 l-Arġentina

Terremot ta’ qawwa 6.3 fuq l-Iskala Rickter laqat l-Arġentina qrib il-fruntieri ta’ Chile.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’. Dan huwa t-tielet terremot li laqat lil dan ir-reġjun f’dawn l-aħħar xhur b’qawwa ta’ 6.4 u 6.2 fuq l-Iskala Richter.

F’dan ir-reġjun it-terremoti huma xi ħaġa komuni.

Għaxar snin minn meta Britney Spears qabżitilha

Għaddew propju għaxar sninn minn meta l-artista famuża mondjali Britney Spears daħlet għand stilista tax-xagħar u qaxxret xagħrha kollu. Dan kollu taħt il-lenti tal-paparazzi li fl-ebda mument ma kienu jħalluha bi kwieta. Kienu biss ftit jiem wara li Spears attakkat fotografu b’umbrella fejn f’ritratt li kien ippubblikat dehret tagħti daqqa b’umbrella lil vettura bajda f’pompa tal-petrol.

Diversi ritratti ta’ dawn il-jiem tant diffiċli għal Spears baqgħu jinxterdu fuq l-internet, dejjem hemm biex ifakkru lil Spears minn xiex għaddiet u kemm mexiet ‘il quddiem kemm fil-karriera tagħha u kif ukoll fil-ħajja personali.

Aqra aktar

Il-President il-ġdid tal-Gambja mistenni jibda l-ħidma tiegħu

Il-President il-ġdid tal-Gambja, Adama Barrow mistenni jibda l-ħidma uffiċjalment tiegħu fil-kapitali Banjul.

Il-post fejn iċ-ċelebrazzjonijiet se jimmarkaw 52 sena tal-indipendenza Afrikana tal-punent tal-pajjiż. Barrow ħa l-ġurament tal-ħatra x-xahar li għadda f’ċerimonja fl-ambaxxata tal-Gambja f’Senegal.

Intant, minkejja t-telfa elettorali, l-mexxej għal ħafna snin Yahya Jammeh rrifjuta milli jirriżenja. Wara pressjoni kbira mill-mexxejja reġjonali, huwa mar f’eżilju fil-Guinea. Adama Barrow huwa biss it-tielet president fl-istorja tal-Gambia.

“Papa’, ejja għalija”

Qalb dak li kien fadal minn splużjoni, qalb id-dmija u realtajiet diffiċli li qed ikollu jaffaċċja dan iċ-ċkejken. Huwa beda jgħajjat “Baba,carry me” bit-tama li missieru jiġi għalih u jgħinu f’dak il-mument ta’ uġigħ. Dan iċ-ċkejken tilef saqajh wara bumbardament li sar fis-Sirja.

Din hija x-xena li t-tobba u l-infermiera li qed jassistu l-pazjenti fis-Sirja kellhom jaffaċċjaw il-Ħamis wara nofsinhar fil-provinċja ta’ Idlib. Dan it-tifel deher fil-filmat li qed idur fuq il-midja soċjali.

Aqra aktar

Send this to a friend