Internazzjonali – Page 374 – One News

Notifiki

Il-messaġġi li bagħtet lis-sieħeb tagħha jdaħħluha fl-inkwiet mal-ġustizzja

Tfajla ta’ 20 sena nstabet ħatja għall-akkużi ta’ omiċidju involontarju f’Massachusetts. Dan wara li fl-2014, is-sieħeb tagħha nstab mejjet wara li kkommetta suwiċidju.

L-evidenza preżentata fil-Qorti uriet li mill-messaġġi intimi li ntbagħtu bejn il-vittma u l-akkużata juru li t-tfajla ma għamlet xejn biex twaqqaf liż-żagħżugħ milli joqtol lilu nnifsu u ma nfurmat lill-ebda Awtorità.

Aqra aktar

Jirċievu żjara mingħand ir-Reġina u l-Prinċep William

Ir-Reġina u l-Prinċep William żaru ċentru li qed jgħin lill-vittmi tan-nirien fi Grenfell Tower.

Iż-żjara tagħhom waslet wara li l-pulizija kkonfermaw li kienu tletin persuna sa issa kkonfermati mejta u li dawk maqtula qatt ma jistgħu jkunu identifikati.

Ir-reġina u d-duka ta’ Cambridge ltaqgħu mal-voluntiera, residenti lokali u anke rappreżentanti tal-komunitajiet.

Aqra aktar

Il-vittmi li tilfu ħajjithom fin-nirien f’Londra jista’ jkun li ma jiġux identifikati

Il-Pulizija f’Londra wissew li jista’ jkun li qatt mhu se jkunu jistgħu jidentifikaw lill-persuni kollha li mietu fin-nirien li ħakmu l-binja ta’ appartamenti fil-Punent ta’ Londra.

Is-servizzi ta’ emerġenza mistennija jqattgħu t-tielet jum konsekuttiv tagħhom ifittxu għall-iġsma fi Grenfell Tower f’North Kensington.

Aqra aktar

May tordna inkjesta pubblika

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ordnat li ssir inkjesta pubblika biex ikun magħruf xi kkawża in-nirien qerrieda li l-Erbgħa filgħodu ħakmu blokka ta’ mija u għoxrin appartament magħrufa bħala Grenfell Towers fil-Puntent ta’ Londra.

Aqra aktar

ARA: Mument mhux tas-soltu għall-Papa Franġisku

Kien mument mhux tas-soltu għall-Papa Franġisku meta kien qed isellem in-nies fuq il-karozza tal-Papa. Dan hekk kif fost il-folla lemaħ tarbija liebsa bħalu. Wara ftit sekondi li ntebaħ b’din it-tarbija, l-Papa talab li jerfa’ t-tarbija, biex ix-xewqa tal-ġenituri tiegħu tinbidel f’realtà.

Aqra aktar

Send this to a friend