Internazzjonali – Page 373 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tarbija ta’ xahar tinstab qawwija u sħiħa mal-għarus tal-omm

It-tarbija ta’ xahar li s-Sibt instabet qawwija u sħiħa wara li allegatament inħatfet minn karozza nhar il-Ġimgħa, instabet mal-għarus tal-omm li m’huwiex missier it-tarbija. Filfatt, b’rabta ma dan il-każ ġiet arrestata ukoll t-tfajla tal-istess għarus tal-omm.

Kieku jumejn ta’ tensjoni fl-Afrika ta’ Isfel, wara li allegatament żewġ suspettati waqqfu karozza, ħatfu tarbija u telqu biha f’karozza oħra. Il-każ ġibed attenzjoni kbira għax saret kampanja qalila permezz tal-mezzi tax-xandir, u madwar mitt uffiċjal tal-Pulizija kienu involuti fit-tfittxija. Filfatt, wara dan l-iżvilupp, l-awtoritajiet stqarru d-dispjaċir tagħhom għal ħela ta’ flus u riżorsi li allokaw għal dan il-każ.

Aqra aktar

Aktar minn 650 titjira ġew kanċellati

Ground staff fiż-żewġ ajruporti prinċipali ta’ Berlin,Tegel u Schoenefeld, bdew strajk ta’ 25 siegħa, u li mistenni jwassal biex ikunu kkanċellati iktar minn 650 titjira. It-tfixkil fl-operat tal-ajruport Tegel u Schoenefeld beda fl-4.00am tat-Tnejn filgħodu.

one.com.mt għamel kuntatt mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, biex jikseb informazzjoni dwar jekk dan l-istrajk hux se jkun qed jaffettwa titjiriet lejn u minn l-Ajruport ta’ Malta. L-Ajruport spjega li t-tijiriet lejn u minn dan l-Ajruport isiru biss l-Erbgħa u l-Ħadd u għalhekk għadu mhux magħruf jekk titjiriet minn u lejn Malta hux se jiġu affettwati.

Aqra aktar

Tiżdied it-tensjoni bejn l-Olanda u t-Turkija

Il-Pulizija Olandiża kellha konfront ma’ dimostranti f’Rotterdam, fost tensjoni hekk kif ministru Tork kien eskortat barra mill-pajjiż.

Dan hekk mal-elf persuna nġabru barra l-konsulat tat-Turkija f’din il-belt fl-Olanda, sigħat wara li l-ministru tal-affarijiet barranin qal li se jmur Rotterdam minkejja li kien projbit milli jieħu seħem f’dimostrazzjoni b’appoġġ għar-referendum li jżid is-setgħet tal-President Tork.

Il-gvern Olandiż qal li dimostrazzjonijiet ta’ dan it-tip jżidu t-tensjonijiet jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Olanda.

Il-prim ministru Tork, Binali Yildirim qal li t-Turkija se tirrispondi b’modi iebsa għal din l-imġieba mhux aċċettabbli.

Sa nhar it-Tlieta, mistenni vot dwar Brexit

Il-Prim Ministru tal-Ingilterra, Theresa May mistennija tgħaddi l-vot ta’ BREXIT u allura tiskatta artiklu ħamsin sa nhar it-Tlieta li ġej.

Dan jekk il-membri parlamentari jivvuttaw favur l-abbozz li se jitressaq.

Is-segretarju ta’ BREXIT ħeġġeġ lill-membri parlamentari biex iħallu l-abbozz biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea kif inhu.

Dan meta jsir id-dibattitu nhar it-Tnejn li ġej li se jkun it-tieni darba li l-membri parlamentari se jiddibatu u jivvuttaw fuq dan l-abbozz.

Minn hemm imbagħad tgħaddi lill-‘House of Lords’.

Il-kantanta tal-kanzunetta famuża ‘We Are Family’ tmut fl-età ta’ 60 sena

Joni Sledge, il-kantanta famuża l-aktar għall-kanzunetta We Are Family, mietet fl-età ta’ 60 sena.

Sledge, li kienet tagħmel parti mill-grupp mużikali Sister Sledge flimkien mat-tlett aħwa fl-1971, instabet mitlufa minn sensiha fir-residenza tagħha f’Phoenix f’Arizona.

Ma kien hemm ebda ħjiel li l-kantanta kellha xi mard. Il-kawża tal-mewt għadha mhix magħrufa.

L-aħħar li tat l-aħħar spettaklu kien is-sena l-oħra f’Ottubru flimkien mal-grupp. Il-mewt tagħha tħabbret ilbieraħ fuq il-midja soċjali.

Aqra aktar

Suldat li qatel seba’ studenti jinħeles wara 20 sena ħabs

Suldat mill-Ġordan li qatel seba’ studenti tfajliet mill-Iżrael fl-1997 inħeles wara li qatta’ 20 sena minn ħajtu f’ċella.

L-awtoritajiet qalu li Ahmed Daqamseh issa jinsab fir-residenza ta’ familtu f’villaġġ qrib Irbid.

Lura fl-1997 Daqamseh kien qabad u spara fuq studenti mill-Iżrael waqt li kienu fuq ġita fuq gżira qrib il-fruntieri tal-Ġordan.

Aqra aktar

Storja misterjuża; tarbija ta’ xahar tinstab qawwija u sħiħa

Tarbija ta’ xahar instabet qawwija u sħiħa wara li allegatament inħatfet minn ġewwa karozza nhar il-Ġimgħa. Iżda fil-verità, ħadd ma jaf l-istorja eżatt x’inhi.

Kieku jumejn ta’ tensjoni fl-Afrika ta’ Isfel, wara li allegatament żewġ suspettati waqqfu karozza, ħatfu tarbija u telqu biha f’karozza oħra.

Il-każ ġibed attenzjoni kbira għax saret kampanja qalila permezz tal-mezzi tax-xandir, u madwar mitt uffiċjal tal-Pulizija kienu involuti fit-tfittxija.

Aqra aktar

X’aktarx, sabu l-farawni

Sejba straordinarja fil-Kapitali Eġizzjana hekk kif arkeologi Eġizzjani u Ġermaniżi li kienu qed jeskavaw tempju antik,  sabu fdalijiet ta’ statwa ta’sitta u għoxrin pied , maħsuba li tirrappreżenta wieħed mill-eqdem mexxejja tad-dinastija Eġizzjana: il-Farawni Ramses it-Tieni.

Aqra aktar

Send this to a friend